Beach Volley in Town
PR1564
04/10/1996
| Wara l-introduzzjoni f'Malta tal-beach volley in town, li | deher ghall-ewwel darba fi tmiem il-gimgha li ghaddiet f'Misrah il-Helsien, dahal issa wkoll f'pajjizna l-beach football in town. Is-Segretarju Parlamentari ghaz-Zghazagh, Richard Muscat, li kien personalment responsabbli ghall-introduzzjoni f'pajjizna tal-beach volley in town, introduca l-beach football in town meta ltaqa' ma' l-istudenti universitarji fil-campus ta' l-Universita' stess. |
| Meta kien qed jintroduci din id-dixxiplina gdida, is-Segretarju | Parlamentai qal li din is-sena wkoll, kif isir kull sena, l-istudenti universitarji hasbu biex jaghmlu gimgha ta' attivitajiet fil-campus li biha tinghata merhba lill-istudenti ta' l-ewwel sena. Is-Segretarju Parlamentari kien mistieden bhala patrun tal-manifestazzjoni u laqa' talba biex jipprovdi t-taghmir mehtieg biex l-attivita' ssir. "Tajt l-ghajnuna bi pjacir", qal is-Segretarju Parlamentari, "u bi pjacir ukoll gejt hawn ghaliex il-missjoni tieghi, minn meta nghatajt ir-responsabbilta' diretta taz-zghazagh, hi li mmur fl-ambjent li jiffrekwentaw iz-zghazagh. B'din l-attivita' ksibt l-opportunita' li nzur ukoll lill-istudenti universitarji, u nhossni issa sodisfatt li lil din il-kategorija zortha wkoll". |
| Is-Segretarju Parlamentari fahhar l-impenn li z-zghazagh dejjem | juru f'dak li jaghmlu u appellalhom biex ikomplu jimpenjaw ruhhom fl-istudji minghajr ma jwarrbu l-attivita' sportiva. |
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901