Fiducja fl-industrija Maltija tissarraf f'imjiegi ghall-Maltin - Josef Bonnici
PR1558
04/10/1996
| Waqt zjara li l-Ministru ghas-Servizzi Ekonomici, il-Prof. Josef | Bonnici, ghamel fil-fabrika tar-Rupes, gewwa t-Technopark, il-Mosta, l-proprjetarju ta' din id-ditta Taljana, is-sur Guido Valentini, qal li qeghdin jitolbu 'unit' ohra biex ikunu jistghu jespandu l-operat taghhom, ghaliex il-fabrika f'Malta sejra ahjar milli qatt ipprevedew. |
| Il-Ministru Bonnici qal, "Huwa ta' sodisfazzjon kbir ghal | Gvern Malti li naraw il-fiducja li imprendituri barranin qeghdin juru f'pajjizna, b'investiment sostanzjali u b'espansjoni fl-operat taghhom li joholqu hafna opportunitajiet ta' gid ghall-haddiema Maltin." Il-Ministru Bonnici kompla jispjega li l-policy ekonomika thares lejn kif il-klima ta' paci li hawn f'Malta, kif ukoll il-kapacita' tal-haddiem Malti fil-qasam teknologiku jistghu jkomplu jhajru investiment barrani b'kumpaniji godda ta' daqs zghir u medju li jkollhom valur mizjud gholi. |
| "B'rizultat ta' l-inizjattivi li ha dan il-Gvern bejn 1988 u | l-1995, fis-settur tal-manifattura nholqu aktar minn 6800 impjieg gdid permezz ta' progetti godda jew fabriki li ziedu l-attivitajiet taghhom. Fl-ewwel 8 xhur ta' din is-sena biss, inholqu mas- 730 opportunitajiet ta' impiegi permezz ta' 20 progett gdid, b'investiment totali ta' Lm8.56 miljun f'impjanti u makkinarju. Dan huwa s-success li pajjizjna jiftahar bih - success li minnu jgawdi kulhadd - igawdi l-investitur kemm Malti jew barrani u jgawdi c-cittadin Malti li m'hux biss jkollu s-sigurta` ta' impjieg, imma ghandu wkoll l-ghazla ta' impiegi." |
| Id-ditta Taljana Rupes twaqqfet fl-1947, u kien din is-sena stess | li fethet f'Malta, fejn timmanifattura "vacuum dust extraction systems" ghall-uzu industrijali. Il-kumpanija tesporta lejn swieq Ewropej u anke barra mill-Ewropa. |
| Is- Sur Anthony Diacono, Chairman tal-Malta Development | Corporation, qal li r-Rupes hija l-mudell tat-tip ta' investiment li qeghda thajjar lejn pajjizna l-MDC, "Kumpaniji ta' daqs zghir u medju (SME's) ghandhom iservu bhala l-pediment ghat-tkabbir futur tal-industrija Maltija." L-MDC bhalissa qeghda wkoll tahdem fuq progett ta' refurbishment ta' zoni industrijali. Fuq medda ta' 3 snin se jintefqu mal-Lm3.8 miljun. Ir-refurbishment ta' l-estate industrijal ta' Kordin, li ghandu jitlesta sa l-ahhar ta' din is-sena, huwa stmat li jqum Lm503,000. |
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901