Ftehim ghal Programmi ta' Kura ghall-prigunieri li ghandhom problema ta' tehid ta' sustanzi addittivi
PR1544
03/10/1996
| Illum fil-Ministeru ta' l-Intern gie ffirmat ftehim li permezz | tieghu ser jitwaqqaf progett dwar rijabilitazzjoni ta' prigunieri li jbatu mit-tehid ta' sustanzi addittivi. Skond Regolament 61(1)(e) tar-Regolamenti godda tal-Habs, li dahlu fis-sehh f'Ottubru ta' l-1995, il-Ministru responsabbli ghall-habs jista' jaghti leave mill-habs sabiex prigunier jigi kkurat u rijabilitat mit-tehid ta' droga f'facilita jew komunita' terapewtika approvata mill-Ministru. Il-ftehim gie ffirmat bejn il- Ministeru ta' l-Intern, id-Dipartiment tas-Servizzi Korrettivi, l-Agenzija Sedqa u l-Caritas. Dan il-ftehim hu mahsub biex ikun hemm politika wahda, kif ukoll sistema li permezz taghha prigunieri li ghandhom problema ta' droga u alkohol jigu offruti l-opportunitajiet kollha li hawn fil-pajjiz f'dak li jirrigwarda rijabilitazzjoni. Permezz ta' dan il-ftehim, is-Substance Abuse Therapeutic Unit (SATU) fil-Habs, Sedqa, u l-Caritas ser ikunu disponibbli biex joffru programmi lill-prigunieri li ghandhom problemi ta' dan it-tip. |
| Dan il-progett huwa mmirat ghall-prigunieri li ghandhom sentenza ta' | sentejn jew inqas, li ghandhom problema ta' l-abbuz minn sustanzi addittivi, li l-kondotta taghhom fil-habs kienet wahda regolarment tajba u li jkunu eligibbli ghal prison leave biex ikunu jistghu jinghataw il-kura necessarja. Dan il-programm ser jigi offrut lill-prigunieri individwali fuq bazi volontarja. Dan ifisser li l-prigunier volontarjament jaghzel li jaghmel il-programm. |
| Intant, skond dan il-ftehim il-Ministru ta' l-Intern Dr. Tonio Borg | hatar Prisoner Drug Programme Assessment Team li ser ikollu l-inkarigu li jaghmel assessment lill-prigunieri individwali li jkollhom dawn il-problemi biex jara jekk dawn ikunux addattati biex isegwu l-programm ta' rijabilitazzjoni, u biex jistabilixxu x'tip ta' programm ser isegwu. |
| Il-Ministeru ta' l-Intern ser ihallas ukoll is-somma ta' hmistax-il | elf lira lill-Caritas, ta' l-ispiza kapitali marbuta mar-refurbishment ta' Annexe, f'San Blas, liema Annexe ser tintuza ghall-prigunieri li ghandhom bzonn dan it-trattament. |
| Il-ftehim gie iffirmat mis-Sur Louis Cilia, Segretarju Permanenti | fil-Ministeru ta' l-Intern, ghall-Gvern, is-Sur Emmanuel Cassar, Direttur tas-Servizzi Korrettivi ghall-Habs, is-Sur Joseph Gerada ghall-Agenzija Sedqa, u Monsinjur Victor Grech ghall-Caritas. |
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901