Sensiela ta' Lectures dwar is-Sahha u s-Sigurta' fuq il-post tax-xoghol
PR1522
01/10/1996
| Il-ligi li tippromwovi s-Sahha u s-Sigurta fuq il-Post tax-Xoghol | tistabbilixxi li l-Kummissjoni ghall-Promozzjoni tas-Sahha u s-Sigurta' fuq il-Post tax-Xoghol, fost funzjonijiet ohra, ghandha tiehu l-passi mehtiega biex jinghata kull taghrif possibbli fuq il-postijiet tax-xoghol u lill-pubbliku in generali ghar-rigward ta' materji ta' sahha u sigurta' fuq ix-xoghol. |
| Sabiex tilhaq dan il-ghan il-Kummissjoni hasbet biex torganizza | sensiela ta' lectures dwar aspetti differenti tal-oqsma li jolqtu s-sahha u s-sigurta fuq il-post tax-xoghol. |
| Wara li diga' nzammu lectures li kienu ndirizzati ghal partecipanti | minn organizazzjonijiet differenti, il-Kummissjoni issa ser tibda' b'sensiela li ser tkun indirizzata lejn rapprezentanti u membri ta' Ghaqdiet tal-Haddiema u rapprezentanti u membri ta' organizazzjonjiet ta' min ihaddem. |
| Matul dawn il-lectures filwaqt li ser jigu diskussi diversi aspetti | generali li jolqtu l-harsien tas-sahha u sigurta' fuq il-post tax-xoghol, ser jigu trattati wkoll aspetti partikolari fosthom ir-responsabilitajiet tal-haddiema u ta' min ihaddem, korrimenti fuq ix-xoghol u l-proceduri li jridu jsiru wara korriment fuq ix-xoghol, l-uzu tal-kimika fuq ix-xoghol u mard relatat mat-tip ta' xoghol li jsiru f'industriji partikolari. Il-lectures ser isiru b'mod li jkunu jolqtu l-htigijiet ta' partecipanti minn oqsma partikolari. |
| L-ewwel lecture f'din is-sensiela, l-Kummissjoni ser torganizza | bil-kollaborazzjoni tal-Foundation for Human Resources Management, ser jinzamm illum 1-1 t'Ottubru, 1996 bejn is-2.00 p.m. u l-4.30 p.m., fil-bini ta' l-istess Fondazzjoni 76, Triq it-Tejatru, Valletta, u ser ikun indirizzat lejn grupp ta' Shop Stewards tat-Taqsima tat-Tessuti, Hwejjeg u Gild tal-General Workers' Union. |
| Kull min huwa interessat li jattendi jew jixtieq li jippartecipa | f'xi sensiela ta' lectures simili huwa mitlub jikkomunika mal-Kummissjoni ghall-Promozzjoni tas-Sahha u s-Sigurta' fuq il-Post tax-Xoghol 120, Triq Sant'Ursola, Valletta (Tel: 247677/8 - Fax: 232909). |
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901