Nefqa ta' Lm2.7 miljun mill-Progett ghar-Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta
PR1519
01/10/1996
| Kemm ilu jiffunzjona mill-1988 'l hawn, il-Progett | ghar-Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta nefaq madwar Lm2.7 miljun li parti sostanzjali minnhom marret fuq progetti ta' restawr u manutenzjoni ta' bini u wirt iehor storiku. |
| Dan qalu l-Ministru ghall-Ambjent Francis Zammit Dimech meta | dalghodu zar il-Knisja ta' Sarria, fil-Floriana , waqt li kienet qed titqieghed f'postha pittura ta' Mattia Preti li ghadha kif giet restawrata mill-Progett ghar-Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta. |
| Ir-restawr tal-pittura, li turi lil San Nikola, sar minn Godwin | Cutajar, restawratur Ghawdxi minn Fontana, li studja din l-arti fl-Italja, b'mod partikulari fl-Istituto Italiano Arte, Artigianato e Restauro u fl-Istituto Centrale del Restauro ta' Ruma kif ukoll fl-Istituto Poligrafico e Zecca dello Stato. |
| Bhalissa qed tkun restawrata pittura ohra ta' Mattia Preti, li | tinsab fl-istess knisja u li turi lil San Bastjan. |
| Il-Ministru Zammit Dimech semma l-fatt li issa anki l-Floriana | bdiet tgawdi mill-vot li l-Gvern jghaddi kull sena lill-Progett ghar-Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta(VRP), li minn din is-sena firex il-hidma tieghu wkoll fil-Floriana. |
| Filwaqt li fahhar il-kooperazzjoni shiha li tezisti bejn il-VRP u | l-Kunsilli Lokali tal-Floriana, il-Ministru Zammit Dimech semma li diga' qed ikunu ippjanati diversi progetti ghall-Floriana, fosthom gnien hdejn il-qasam tad-djar ta' Pjazza Sir Luigi Preziosi u l-progett biex tinghata dehra gdida u isbah lill-gnien King George V. |
Other Press Releases:
PR261891en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...
PR261891