Wirja ta' cartoons Gappunizi
PR1494
27/09/1996
| Il-President ta' Malta Ugo Mifsud Bonnici dalghodu zar il-wirja ta' | animated videos u manga cartoons li qed tkun organizzata mill-ufficcju tas-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Gustizzja u Kultura. Fil-wirja, li kienet inawgurata l-bierah filghaxija mis-Segretarju Parlamentari Richard Muscat, hemm esibiti xoghlijiet ta' Osamu Tezuka li bil-kotba, disinji u filmati tieghu wassal messaggi kontinwi ta' paci, fratellanza u umanita' f'pajjizu u barra. |
| Il-President kien akkumpanjat mis-Segretarju Parlamentari Muscat | mill-Ambaxxatur tal-Gappun ghal Malta, Masamichi Hanabusa. Il-wirja saret wara inizjattiva li ittiehdet mill-Ambaxxatur u li kienet segwita mis-Segretarju Parlamentari. L-Ambaxxatur Hanabusa kien Malta apposta ghall-inawgurazzjoni tal-wirja u wkoll biex jilqa' lill-President fiz-zjara ta' dalghodu. |
| Il-wirja qieghda ssir fic-Centru tal-Mediterran ghall-Konferenzi u | se tibqa' miftuha sal-Hadd 13 ta' Ottubru. Il-hinijiet tal-ftuh huma kif gej: mid-9.30 ta' filghodu sas-1.00 ta' wara nofsinhar u mill-4.00 ta' wara nofsinhar sat-8.00 ta' filghaxija. |
Other Press Releases:
PR261891en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...
PR261891