Xoghlijiet li qed isiru fil-Qorti
PR1491
27/09/1996
| Fil-granet li gejjin mistennija jitlestew diversi xoghlijiet | fil-Qorti inkluz xoghol ta' tibjid, lostru, tiswijiet u titjib fis-sistema tad-dawl, tqeghid ta' rham gdid u tindifa generali inkluz il-faccata tal-bini tal-Qorti mill-hmieg tal-hamiem. |
| Fi stqarrija ghall-istampa, il-kelliemi Ewlieni Laburista | ghall-Gustizzja, filwaqt li rrikonoxxa li d-dehra tal-Qorti hija importanti u li huwa tajjeb li jsiru dawn ix-xoghlijiet, ikkritika l-fatt li din il-hidma qed issir issa. |
| Dawn ix-xoghlijiet bdew isiru f'nofs Awissu immedjatament wara li | l-haddiema tal-kuntrattur dahlu lura ix-xoghol mill-vaganzi tas-sajf. Il-kelliemi Laburista jaf li kuntrarju ghal dak li jsir fis-settur privat, dipartimenti governattivi jridu jsegwu procedura amministrattiva qabel jibdew certu xoghlijiet. Dan kollu sar biex ix-xoghlijiet setghu jibdew minnufih. |
| Fil-fatt ix-xoghlijiet kollha fl-Awli u fil-kuriduri tal-Qorti sa | jkunu tlestew sal-1 ta' Ottubru li gej meta ser tigi inawgurata s-Sena Forensi. |
| Ix-xoghlijiet gew programmati b'mod li ma jostakolawx il-hidma | fil-Qrati. Kuntrarju ghal dak li ntqal, l-amministrazzjoni tal-Qorti ma taf bl-ebda Magistrat li kkancella s-seduta minhabba dawn ix-xoghlijiet jew inkella li xi awli ma setghux jiffunzjonaw. Ix-xoghol fl-awli sar bil-kooperazzjoni shiha tal-membri tal-Gudikatura. |
| Illum il-gurnata fl-awli u fis-sigrieti taghhom il-membri | tal-Gudikatura computers ghandhom u mhux typewriters. Il-programm ta' kompjuterizzazjoni fil-Qorti jinsab fi stadju avvanzat. Minbarra s-sistema tal-Cortex li permezz taghha wiehed jista' jfittex permezz tal-computers processi shah ta' kawzi civili, fil-granet li gejjin ser tigi ntrodotta s-sistema ta' djarju bil-computer biex jigu organizzati ahjar is-seduti tal-Qorti u specjalment biex jigi evitat li avukat ikollu aktar minn kawza wahda fl-istess hin f'awli differenti b'inkonvenjenti ghall-klijenti. |
| Rigward l-uzu ta' l-ispazju fil-bini tal-Qorti, l-amministrazzjoni | dejjem tesplora kull possiblita' biex taghmel l-ahjar uzu mill-ispazju ezistenti filwaqt li izzomm quddiem ghajnejha l-interessi u l-htigijiet ta' aktar minn tlett mitt impjegat. |
Other Press Releases:
PR261891en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...
PR261891