Stqarrija mill-Ministru Ghall-Ikel, Agrikoltura u Sajd
PR1487
26/09/1996
| Meta taqra l-istqarrija ghall-istampa mahruga mill-kelliemi ewlieni | laburista dwar l-agrikoltura, u tkun ghext il-fatti li dwarhom tkun harget l-istqarrija tahseb li qed taqra xi ktieb tal-fantaxjenza. |
| F'din l-istqarrija hemm riferenza ghall-zewg laqghat differenti | tad-dipartiment ta' l-agrikoltura mal-bdiewa, meta jumejn qabel kien hemm stqarrija ohra li tghid li la l-ministru u lanqas id-dipartiment ta' l-agrikoltura ma jaghti taghrif dwar il-biedja. Wahda minn dawn il-laqghat kienet proprju dwar l-Unjoni Ewropea. Biex forsi jnessi dak li kien qal jumejn qabel il-Kap ta' l-Oppozizzjoni meta tkellem iz-Zonqor, il-kelliem ewlieni dwar l-agrikoltura qal li n-nies li kien hemm prezenti ghall-laqgha ma thallewx jaghmlu d-domandi li riedu jaghmlu u kien hemm minnhom li telqu l-barra. |
| Bla ebda dubju, il-kelliem ta' l-Oppozizzjoni ma jafx fuqhiex qed | jitkellem. Kieku zgur li ma kienx jivvinta storja bhal din. Il-bdiewa kollha li kien hemm ghall-laqgha kellhom kull cans li jaghmlu d-domandi li riedu, ghamlu l-kummenti li riedu, u damu hemm kemm riedu. Fil-fatt il-laqgha damet sejra kwazi sal-hdax ta' bil-lejl, u fiha kull min kellu xi domanda, dik id-domanda ghamilha bla ebda problema. Mhux hekk biss, il-ministru u l-ufficjali li kien hemm taw ukoll risposta ghal kull domanda li kien hemm, u dan fl-interess ta' l-istess bdiewa. |
| Ix-xhud ta' dan li qed nghid mhuwiex jien. Ix-xhud li kulhadd seta | jaghmel id-domandi li ried huma l-istess bdiewa. U min jahseb li jista jbella lill-bdiewa li ma kienux prezenti li f'xi hin kien hemm min ma halliex lil xi hadd jitkellem, sejjer zball. Fiz-zmien kollu li ilni ministru responsabbli minn dan is-settur dejjem tajt ic-cans kollu lil min ried li jaghmilli d-domandi kollha li ried, u tajt ukoll l-ahjar risposti li stajt naghti. |
| Dan jafuh il-bdiewa kollha li xi darba jew ohra, attendew xi wahda | mill-hafna laqghat li zammejna fl-ufficcji ta' l-extension service madwar Malta. |
| Jekk li tghid il-verita' ghal l-oppozizzjoni jfisser li tkun qed | tirritalja, l-oppozizzjoni tista' tibqa' certa li jien ser nibqa nghid l-istess verita' l-hin kollu. Hu ghalhekk li nemmen li l-bdiewa Maltin huma fiducjuzi f'dak li qed jigri madwarhom. |
| Hu ghalhekk li l-bdiewa Maltin illum qed jistaqsu kif inhi din li | l-Partit Laburista flok jitkellem dwar il-policies tieghu dwar il-biedja qed jahli hinu jbezza n-nies mill-futur. Min ghandu fiducja fil-bdiewa u l-biedja jaf li d-disgha snin li ghaddew kienu snin ta' zvilupp agrikolu enormi f'Pajjizna. Jaf li l-produzzjoni agrikola zdiedet sewwa permezz ta' l-investiment tajjeb li sar fis-settur. L-iktar li jafu dan huma l-bdiewa. Izda dan tafu wkoll il-mara tad-dar li setghet tixtri prodotti agrikoli friski f'abbundanza ikbar. |
| Fl-ahharnett, il-bidwi Malti hu cert li bhal dejjem hu biss | il-Gvern prezenti li jista' jiggarantixxi futur tajjeb, u ahjar mill-passat. Hu ghalhekk li iktar u aktar bdiewa qed jifhmu li huma jistghu jkomplu mixjin 'il quddiem permezz ta' l-istess Gvern. |
| Il-bdiewa huma certi li hadd daqs il-gvern prezenti ma ha | nizjattiva wahda wara l-ohra biex ighin lill-bdiewa, lill-biedja u lil dawk kollha li b'xi mod ghandhom x'jaqsmu ma' dawn is-setturi. Il-programm ghall-futur hu wiehed li bih dak kollu li nkiseb s'issa jibqa' jissahhah. Jekk inhuma toroq, jekk inhu ilma, jekk inhu progress agrikolu dan kollu jista' jigi garantit biss permezz ta' l-istess Gvern. Gvern li qata' l-incertezza fis-settur agrikolu, incertezza li kienet tezisti qabel l-1987. Incertezza li l-partit ta' l-oppozizzjoni qed jipprova jerga' jdahhal permezz tal-biza mill-futur. |
Other Press Releases:
PR261891en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...
PR261891