Left arrow Go Back

Stqarrija mill-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u Rizorsi Umani

PR1485
Date Icon 26/09/1996
Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Rizorsi Umani, Michael Falzonjirreferi ghall-konferenza stampa li ghamel il-bierah il-Kap ta' l-Oppozizzjoni, Dr Alfred Sant, dwar il-proposti tieghu ghall- qasam ta' l-Edukazzjoni.
Minkejja li Dr Sant ghal dawn l-ahhar snin ried jaghti l-impressjonili l-Oppozizzjoni qed taghti importanza specjali lill-qasam ta' l-edukazzjoni, din il-Konferenza Stampa ikkonfermat li Dr Sant ma ghandu ebda proposti konkreti ghal dan il-qasam tant li kien kapaci biss jirrepeti l-istess kritika u l-istess weghdiet vagi li ilu jaghmel ghal tant zmien.
Jidher car li l-politika gdida ta' MLP fil-qasam ta' l-edukazzjonima tezistix, tant li ghal darba ohra dak li qal Dr Sant dwar l-edukazzjoni ma kien fih ebda analizi serja ta' dak li qed jigri f'dan il-qasam u ma kien fih ebda hjiel ta' xi politika alternattiva proposta mill-MLP. Mill-mod kif wiegeb ghal uhud mill-mistoqsijiet li sarulu jidher ukoll li anke issa li qeghdin lejliet l-elezzjoni, il-Kap ta' l-Oppozizzjoni ma ghandu ebda hjiel dwar l-investiment qawwi li jghid li jrid jaghmel fl-Oppozizzjoni. Dr Alfred Sant ma jafx fhiex jikkonsisti dan l-investiment, ma jafx kemm jiswa u ma jafx kif se jkun jista jaghmlu, aktar u aktar meta wiehed iqis ukoll il-proposta tieghu li titnehha l-VAT.
Il-Kap ta' l-Oppozizzjoni kellu aktar minn erba' snin biex ihejjil-proposti tieghu dwar l-edukazzjoni izda dan baqa' ma ghamlux. Erba' gimghat qabel l-elezzjoni generali, Dr Sant ghadu mhux f'pozizzjoni li jipproponi proposti u progetti konkreti f'dan il-qasam.
Dan jikkontrasta mal-pozizzjoni ufficjali tal-Gvern li ghandu pjaniserji u dettalljati fil-qasam ta' l-edukazzjoni, pjani li diga ikunu attwati u li se jitkomplew fil-legislatura li jmiss.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

More Press Releases Right arrow