Left arrow Go Back

Test tad-diskors li ghamel il-Prim Ministru Dr. Eddie Fenech Adami fil-Konferenza Stampa li saret fit-23.9.1996

PR1481
Date Icon 25/09/1996

"Sinjuri,

Dalghodu mort ghand il-President u tajtu parir biex jigi xoltil-Parlament illum stess. Tajtu l-parir ukoll li l-elezzjoni ssir fis-26 ta' Ottubru. Kif, naturalment, kulhadd jaf, il-Kostituzzjoni tiffissa l-perjodu tal-hajja tal-Parlament u skond l-Artiklu 76 tal-Kostituzzjoni, l-Parlament kellu hajja sal-4 ta' April tas-sena d-diehla, jigifieri qeghdin inxolju l-Parlament sitt xhur u xi granet qabel il-gurnata li biha kien jittermina skond il-Kostituzzjoni.
Ghal darb'ohra hassejt illi ghandi nagixxi fl-interess nazzjonali unaghti parir lill-President ixolji l-Kamra issa. Jidher li fil-pajjiz hawn aspettattiva qawwija biex issir l-elezzjoni u kif ghamilt hames snin ilu, deherli illi l-interess nazzjonali jitlob li ma nhallix il-pajjiz f'dan is-sens ta' aspettattiva, imma li mmur quddiem l-elettorat biex l-elettorat jaghti d-decizjoni tieghu.
Nahseb illi kif ghidt, huwa z-zmien fejn il-poplu taghna irid ikunjaf x'se jkunu l-hames snin li gejjin. Jien m'ghandix dubju illi l-poplu jirrealizza f'liema stadju wasal il-pajjiz. Il-klima elettorali diga' hakmet u jidher illi z-zewg partiti principali huma pozizzjonati biex imorru quddiem l-elettorat. Naturalment, jiena rrid nipprezenta rendikont tal-amministrazzjoni ta' dawn il-hames snin. Hu rendikont, jidhirli jien, illi juri hidma qawwija min-naha tal-Gvern u rizultati illi mhux se noqghod nitkellem fuqhom, imma se niddeskrivi fil-qosor hafna l-hidma tal-Gvern.
L-ewwelnett fil-Kabinett. Il-Kabinett f'dawn l-erba' snin u nofsiltaqa' 177 darba u ddiskuta 746 Memorandum inkluzi dawk li gew diskussi fil-Kabinett li sar dalghodu. Nixtieq naghmel enfasi, tal-mod kif il-Kabinett baqa' jiltaqa' bl-aktar mod regolari, u kif id-decizjonijiet l-aktar importanti kollha ghaddew ghad-diskussjoni mill-Kabinett u ghalhekk il-fatt, li kif semmejt, kien hemm kwazi 800 Memorandum sottomessi lill-Kabinett. Kif tafu wkoll, dahhalt l-uzanza illi jkun hawn Kumitati tal-Kabinett, Kumitati li ltaqghu b'kollox 28 darba. Fosthom kien hemm il-Kumitat illi jiehu hsieb ir-Riforma fis-Servizz Pubbliku. Il-Kumitati tal-Kabinett kollha rcevew 152 Memorandum.
Il-Parlament, b' sodisfazzjon nghid, iltaqa' bl-iktar mod regolariu zamm 571 seduta. Haga illi grat ghall-ewwel darba fil-hajja tal-Kamra tad-Deputati taghna - twaqqfu bhal ma tafu il-Kumitati Permanenti - u l-laqghat tal-Kumitati Permanenti tal-Parlament kienu 103. Il-Parlament hadem u hadem hafna. Abbozzi ta' Ligi pprezentati fil-Parlament kien hemm 178 li minnhom 135 effettivament gew approvati, naturalment b'xi emendi, mill-Parlament. Nahseb li huwa record tajjeb hafna turi kif il-Parlament mexa u mexa b'certa speditezza wkoll.
Haga ohra li tolqot huwa n-numru ta' interpellanzi li saru f'danil-Parlament; b'kollox saru 35,426 interpellanza. Jiena sodisfatt hafna, nerga' nghid bil-mod kif mexa l-Parlament u minn issa, u nerga' 'l quddiem ukoll, irrid nirringrazzja lil kulhadd talli l-Parlament seta' jahdem b'dan il-mod.
Nixtieq nattira l-attenzjoni ghal xi ligijiet li ghaddew f'dawn l-ahharhames snin li fil-fehma tieghi kienu ta' importanza iktar min-normali, fosthom insemmi ligijiet biex jaghtu vuci lic-cittadin.

Kellna fl-1993 l-Att li jipprovdi ghat-twaqqif tal-Kunsilli Lokali. Ghalija dan huwa zvilupp ta' importanza kbira f'pajjizna - l-empowerment li qeghdin naghtu hafna iktar vicin il-poplu taghna - u nahseb hija l-opinjoni pubblika li taqbel li l-Kunsilli Lokali kienu success; qed nghid ligijiet li jaghtu vuci lic-cittadin.

Ligi ohra ta' importanza kbira hija dik li biha waqqafnal-Ombudsman.
Kien hemm l-Att tal-1996 dwar ir-referendi. Bhal ma tafu, tajnalic-cittadini taghna, lill-eletturi taghna, poter illi jitolbu referendum biex jekk ma jaqblux ma xi ligi, il-ligi titnehha mill-istatuti li ghandu l-pajjiz.
Ligi ohra li ghalija hija ta' importanza, pero' jiddispjacini li l-Oppozizzjonima pprevalietx ruhha minnha, hija l-ligi ta' din is-sena dwar nomini mill-Oppozizzjoni. Kif tafu l-Gvern offra li fuq il-Boards l-iktar importanti ta' Korporazzjonijiet, ecc., l-Oppozizzjoni jkollha d-dritt li tigi nominata persuna ta' fiducja taghha. S'issa l-Kap ta' l-Oppozizzjoni prezenti ma accetta li jaghmel ebda proposta ghal nomina, f'ebda wahda mill-Korporazzjonijiet illi gie rinovat il-Board taghhom.
Emenda wkoll ta' importanza kienet dik li biha l-Parlament approval-emendi ghall-Att dwar l-Istampa. L-Istampa u l-Liberta' tal-Istampa hija sinonimu ghad-demokrazija u certament l-emendi li saru din is-sena huma emendi li jkomplu jsahhu lill-Istampa u lill-Liberta' tal-Istampa f'pajjizna.
Insemmi ligi ohra li ghalija hija ta' importanza. Hija l-emendi lisaru fil-Kostituzzjoni ghar-rigward tas-Sistema Elettorali. Kif tafu, l-bidla li saret issa hija li jekk fl-elezzjoni li gejja ebda partit ma jgib 50% mill-voti popolari pero' n-numru tad-deputati eletti jkunu ta' zewg partiti biss, il-partit li jkollu l-maggoranza relattiva huwa ggarantit li jkollu maggoranza ta' deputati fil-Parlament.
Nattiralkom l-attenzjoni taghkom ghall-ligijiet favur il-Konsumatur:il-Ligi tal-1994 dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur; ligi ohra ta' l-istess sena dwar il-Kompetizzjoni; u ligi ohra li saret fl-1995 dwar Tribunal ghat-Talbiet Zghar. Dawn huma kollha intizi biex is-sistema ekonomika ta' pajjizna tahdem fl-ahjar interessi tal-konsumatur.
M'hemmx dubju li kull pajjiz irid jiehu l-prekawzjonijiet kollhanecessarji biex jikkumbatti l-kriminalita'. U jidhirli li ghamilna tlett ligijiet b'importanza straordinarja f'dan il-qasam.
L-emendi li saru ghall-ligi dwar medicini perikoluzi, illi permezztaghha nikkumbattu t-traffikar tad-droga: estendejna l-piena sa ghomor il-habs, u saru diversi emendi ohra f'dik il-ligi.
Ta' importanza wkoll biex nikkumbattu l-kriminalita' organizzatahuma zewg ligijiet approvati mill-Parlament din is-sena: wahda biex nistituzjonalizzaw il-pozizzjoni tas-Servizz tas-Sigurta' fil-pajjiz u emendi li saru fil-ligi dwar is-Sigrieti Ufficjali: iz-zewg ligijiet jahdmu flimkien u m'ghandi l-ebda dubju li ghandhom ikunu ghodda tajba hafna biex nikkumbattu l-kriminalita' organizzata f'pajjizna.
Kif tafu, saru numru ta' ligijiet ghar-rigward tat-twaqqif ta'Malta bhala centru tas-servizzi finanzjarji: ligijiet hawn numru shih taghhom, illi l-effett taghhom huwa diga' pozittiv, pero' m'ghandix dubju wkoll li biz-zmien ghandu tabilhaqq jistabbilixxi Malta bhala centru ghall-istituzzjonijiet, u servizzi finanzjarji.
Ligijiet fiskali: Jiena nahseb li nistghu nghidu illi f'dinil-legislatura ghamilna bidliet fis-sistema fiskali ta' pajjizna li huma radikali ghal kollox. Kif tafu, saru emendi li bihom eliminajna d-dazji fuq hafna prodotti importati minn barra. Dan ifisser, li llum il-prodotti importati f'Malta jew ma jhallsu xejn dazju, jew dazju hafna inqas milli kien il-kaz qabel. Saret riforma wkoll bid-dhul tal-ligi dwar il-VAT; nehhejna wkoll t-taxxa tal-mewt u tad-donazzjoni. Saru diversi emendi fil-ligi tal-Income Tax, u anki ligi dwar l-amministrazzjoni tat-Taxxa tal-Income; din il-ligi li tissejjah l-Att tal-1994 dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa tat lok ghal amministrazzjoni hafna iktar effikaci, iktar efficjenti u iktar tajba ghaz-zmenijiet tal-lum.
Insemmi erba' ligijiet ohra li jidhirli huma ta' importanza, kifghidt, pjuttost straordinarja: il-ligi tal-1994 li tippromwovi s-Sahha u s-Sigurta' fuq il-Post tax-Xoghol. Dina l-implementazzjoni taghha, manmano li qeghda ssir, zgur li hija zvilupp socjali ta' importanza ghal pajjizna. Ligi ohra tal-1994 kienet dwar il-Kummissjoni dwar l-Amministrazzjoni tal-Gustizzja. M'hemmx dubju li l-poplu taghna jistenna amministrazzjoni tal-gustizzja mhux biss li tkun gusta, imma li tkun efficjenti fil-mod kif tahdem. Nahseb li din il-ligi, ghall-ewwel darba f'pajjizna, stabbiliet il-mod kif wiehed jista' jzomm l-amministrazzjoni tal-gustizzja taht ghajnejh b'mod iktar effettiv minn qabel.
Kien hemm ukoll l-emendi li saru ghall-Kodici ta' Organizzazzjoni uProcedura Civili: emendi sostanzjali hafna li meta jiehdu l-effett taghhom shih, m'ghandix dubju li ghandhom ihaffu l-proceduri fil-Qrati taghna.
Ligi ohra ta' importanza kienet il-ligi dwar il-Kumpaniji uSocjetajiet Kummercjali f'pajjizna. Ligi li bidlet ukoll b'mod radikali l-ligi tas-socjetajiet kummercjali kif kienet qabel, u llum ghandna ligi li hija konformi ma dak li hemm f'pajjizi moderni, partikolarment fl-Unjoni Ewropea.
Irrid insemmi, ghax jidhirli li ta' min jissottolinjah, dak li garafil-qasam tas-servizz pubbliku f'dawn il-hames snin. Ir-riformi fis-servizz pubbliku issa hadu spinta konkreta illi, m'ghandix dubju, li ga qed tirrizulta f'efficjenza hafna iktar fis-servizz pubbliku, u r-rizultat shih, naturalment niksbuh matul is-snin. Kif diga semmejt, hemm il-Kumitat tal-Kabinett dwar riforma fis-servizz pubbliku, li ltaqa' ghoxrin darba. Hadna hsieb li jigu publikati hames Kodici ta' Etika, jigifieri ghal dak li ghandu x'jaqsam mal-amministrazzjoni pubblika fil-livell politiku, kif ukoll fil-livell ta' amministrazzjoni generali fil-pajjiz. Gew ippubblikati l-proceduri godda ghall-ghoti tat-tenders. Saret riforma fl-istrutturi tas-Servizz Pubbliku u effettivament, fit-top structures tal-Ministeri u d-Dipartimenti kollha: strutturi fissi li permezz taghhom issa nafu r-responsabbiltajiet fid-Dipartimenti kif inhuma mqassma.
Innovazzjoni illi saret fis-Servizz Pubbliku kienet in-nominatas-Segretarji Permanenti fil-Ministeri kollha. Dana tajna esekuzzjoni ta' dak li titkellem fuqu l-Kostituzzjoni, il-Kostituzzjoni tal-Indipendenza ta' Malta. Imma qabel din il-legislatura, effettivament, qatt ma kienu gew nominati segretarji permanenti. L-istess nghid illi l-fatt li gew nominati s-Segretarji Permanenti fil-Ministeri kollha, ta spinta 'l quddiem fl-efficjenza tas-Servizz Pubbliku, u meta nghid efficjenza kemm in terms of delivery illi s-servizzi qeghdin jitjiebu, kif ukoll bhala accountability tas-Servizz Pubbliku. Sal-lum gew nominati 96 diretturi-generali u diretturi. Dan juri l-entita' ta' din r-riforma. Bicca xoghol kbira kienet il-klassifikazzjoni tal-haddiema kollha tal-Gvern. Fil-fatt iffirmajna 57 ftehim mal-Unions li jirrapprezentaw bejniethom aktar minn 31,000 haddiem. Nerga nghid 57 ftehim, jien li kont involut fihom kollha, nassigurakom li mhux facli tasal biex tiddefinixxi l-kondizzjonijiet tax-xoghol u d-deskrizzjoni tal-haddiema kollha tal-Gvern, pero' bi sforz qawwi rnexxielna naghmlu 57 ftehim.
Il-process tad-decentralizzazjoni kienet weghda tal-Gvern tieghi uf'dawn il-5 snin tal-amministrazzjoni m'hemmx dubju li d-decentralizzazzjoni qeghdha tahdem: b'mod partikolari d-decentralizzazzjoni li saret b'devolozzjoni ta' poteri fil-Ministeru t'Ghawdex u d-decentralizzazzjoni u d-devoluzzjoni ta' poteri lill-Kunsilli Lokali.
L-informatika: F'dawn il-hames snin nahseb ukoll saret rivoluzzjonisiekta fil-Ministeri u d-Dipartimenti tal-Gvern ghar-rigward ta' l-uzu tal-computers. Il-komputerizzazzjoni fid-Dipartimenti hija xi haga reali. Bizzejjed insemmi li fid-Dipartimenti tal-Gvern hemm iktar minn 3,600 computer. Jigifieri llum, d-Dipartimenti tal-Gvern huma attrezzati biex ahna naqilbu s-sistema ta' amministrazzjoni ghal dak li tirrekjedi s-socjeta ta' l-informatika tal-lum.
Il-Gvern jemmen hafna, Gvern immexxi minni emmen hafna u ghadujemmen, naturalment, fil-htiega li s-socjeta' ta' l-informatika ssir realta' f'pajjizna, u nahseb bl-ezempju tal-Gvern stess dahlet mentalita' nazzjonali; illum l-poplu taghna huwa konxju tal-htiega ili l-informatika ssir parti minn hajjitna. Irrid inzid ukoll illi llum ghandna s-sistema ta' l-Electronic mail f'diversi Ministeri u Dipartimenti tal-Gvern.
Inhoss li nista' nghid f'isem shabi u f'ismi illi ghamilna l-ahjarbiex naqdu dmirna lejn il-poplu li tana l-fiducja. U ser immorru quddiem l-elettorat Malti b'wiccna minn quddiem, li nistghu nghidu illi dak li weghdna wettaqnih. U jiena ta' dan irrid nirringrazzja l-ewwelnett lil shabi, l-Ministri u s-Segretarji Parlamentari. Irrid nirringrazzja lill-iSpeaker tal-Kamra tad-Deputati, kif ukoll l-istaff kollu tieghu. Irrid nirringrazzja lill-Kap ta' l-Oppozizzjoni: demokrazija bilfors trid il-kontribut kostanti min-naha ta' l-Oppozizzjoni. U mir-record li tajtkom tal-hidma tal-Parlament, nahseb nirrealizzaw illi d-Deputati kollha tal-Kamra, ghandi d-dmir illi nirringrazjahom tas-sehem li huma taw kif hadem il-Parlament.
Naturalment, il-kampanja elettorali li hafna qalu li diga' bdiet,illum se tibda in real earnest, u tkompli b'iktar hegga milli kien il-kaz tal-lum. U l-awgurju tieghi huwa li jkollna kampanja elettorali serja, kampanja elettorali nadifa, kampanja elletorali li taghti lill-eletturi taghna opportunita' vera li tkun ghazla ntelligenti; u b'intelligenti nifhem li kull elettur f'pajjizna jifhem l-ghazliet li se jpoggu l-partiti quddiemu ghall-elezzjoni li gejja.
Naturalment nirringrazzja lill-dawk kollha illi ikkollaborawmieghi: fis-Civil Service, dawk li huma qrib tieghi fl-Ufficju tieghi. Mhux ser noqghod insemmi lil kulhadd: s-Segretarju tal-Kabinett, il-Permanent Secretary fl-Ufficcju tieghi. Naturalment dan japplika ghas-Segretarji Permanenti u l-Kapijiet tad-Dipartimenti fil-Ministeri kollha. Grazzi minn qalbi lil dawk kollha li ghenuna, nittama b'umilta' illi l-poplu taghna nista' nghidlu: tajtna l-fiducja tieghek, ghamilna l-ahjar biex dik il-fiducja ahna nimxu skontha u naghtukom l-ahjar prodott illi konna kapaci ghalih."

Punti Principali tal-hidma li twettqet:
It-Tieni Legislatura 1992-1996

  • Laqghat tal-Kabinett sal-lum - 177
  • Memos tal-Kabinett sal-lum - 746
  • Laqghat tal-Kumitati tal-Kabinett - 28
  • Memos tal-Kumitati tal-Kabinett - 152
  • Seduti tal-Parlament - 571
  • Laqghat tal-Kumitati Permanenti tal-Parlament - 103
  • Abbozzi ta' Ligijiet ipprezentati fil-Parlament - 178

- li minnhom:

  • gew irtirati (11) jew m'ghaddewx - 12
  • saru ligijiet - 135

- li minnhom huma ligijiet godda - 39

  • ghadhom pendenti (fuq l-Agenda) - 15
  • ghadhom ma gewx ippubblikati - 16

Mistoqsijiet Parlamentari - 35,426

- li minnhom ghad mhux imwiegba - 511

Uhud mill-Aktar Ligijiet Importanti 1992 - 1996

Ligijiet biex jaghtu vuci lic-Cittadin

  • L-Att ta' 1-1993 biex jipprovdi ghat-twaqqif ta' Kunsilli Lokali
  • L-Att ta' 1-1995 dwar l-Ombudsman
  • L-Att ta' 1-1996 li jemenda l-Att dwar ir-Referendi
  • L-Att ta' 1-1996 dwar Nomini mill-Oppo]izzjoni
  • L-Att ta' 1- 1996 li jemenda l-Att dwar l-Istampa
  • L-Att ta' 1-1996 li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta (Elezzjonijiet Generali)

Ligijiet favur il-Konsumatur

  • L-Att ta' 1-1994 dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur
  • L-Att ta' 1- 1994 dwar il-Kompetizzjoni
  • L-Att ta' 1-1995 dwar Tribunal ghal Talbiet Zghar

Ligijiet kontra l-Kriminalità

  • L-Att ta' 1-1996 li jemenda l-Att dwar il-Medicini Perikoluzi (Estensjoni ta' Piena)
  • L-Att ta' 1-1996 dwar is-Servizz tas-Sigurtà
  • L-Att ta' 1-1996 li jemenda l-Ordinanza dwar is-Sigrieti Ufficjali

Ligijiet li ghandhom x'jaqsmu mat-twaqqif ghal Centru ghas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta

  • L-Att ta' 1-1994 li jemenda l-Att dwar Attivitajiet Kummercjali Internazzjonali ta' Malta
  • L-Att ta' 1-1994 dwar Servizzi ta' Investiment
  • L-Att ta' 1- 1994 biex jirregola l-Kummerc Bankarju
  • L-Att ta' 1-1994 biex jemenda l-Att ta' 1-1993 dwar it-Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti
  • L-Att ta' 1-1994 biex jipprovdi ghall-prevenzjoni u l-projbizzjoni ta' Laundering ta' flus f'Malta.
  • L-Att ta' 1-1994 li jirrikonoxxi Trusts
  • L-Att ta' 1-1994 biex imexxi l-Insider Dealing
  • L-Att ta' 1-1994 biex jirregola l-Kummerc ta' Istituzzjonijiet Finanzjarji
  • L-Att ta' 1-1994 dwar Istituzzjonijiet Finanzjarji
  • L-Att ta' 1-1994 dwar Segretezza Professjonali

Ligijiet Fiskali

  • L-Att ta' l-1994 li jemenda l-Att dwar id-Dazji ta' Importazzjoni
  • L-Att ta' l-1994 biex jipprovdi ghat-Taxxa fuq il-Valur Mi]jud
  • L-Att ta' l-1992 li jemenda l-Att dwar it-Taxxa tal-Mewt u tad-Donazzjoni
  • L-Att ta' l-1994 biex ikompli jemenda l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income
  • L-Att ta' l-1994 dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa

Ligijiet Ohra

  • L-Att ta' l-1994 biex jippromwovi s-Sahha u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xoghol
  • L-Att ta' l-1994 dwar il-Kummissjoni ghall-Amministrazzjoni tal-Gustizzja
  • L-Att ta' l-1995 dwar il-Kumpanniji
  • L-Att ta' l-1995 biex jemenda l-Kodici ta' Organizzazzjoni u Procedura Civili

Dahlet fis-sehh il-ligi ta' l-1992 dwar l-Ippjanar ta' l-Izvilupp

Ir-riformi fis-servizz pubbliku

  • Il-Kumitat tal-Kabinett dwar ir-Riforma fis-Servizz Publiku ltaqa' 20 darba.
  • Ippubblikati 5 Kodici ta' l-Etika.
  • Ippubblikati proceduri godda ghall-ghoti ta' tenders
  • Organizzati t-Top Structures fil-Ministeri u fid-Dipartiment
  • Inhatru Segretarji Permanenti u 96 Diretturi Generali u Diretturi.
  • Saru 57-il Ftehim ta' Klassifikazzjoni ghal madwar 31,000 haddiem
  • Tkompla l-process ta' Decentralizzazzjoni fl-Amministrazzjoni tal-Gvern
  • Twessghet il-Komputerizzazzjoni f'Ministeri u Dipartimenti tal-Gvern - s'issa hemm 'il fuq minn 3,600 computer.
  • Tbiddlet il-mentalità nazzjonali fl-Informatika
  • E-Mail introdott f'diversi Ministeri u Dipartimenti tal-Gvern.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  3,000 people attend activities organised by entities within the Ministry over the past days

PR261891en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR  3,000 persuna jattendu attivitajiet organizzati minn entitajiet fi ħdan il-Ministeru fl-aħħar jiem

PR261891

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-P...

More Press Releases Right arrow