Left arrow Go Back

Il-Glieda kontra d-droga m'ghandhiex tkun politicizzata" - Dr. Tonio Borg

PR1475
Date Icon 24/09/1996
Bi twegiba ghall-istqarrija mahruga minn Dr. Charles Mangion,il-Ministru ta' l-Intern wissa kontra il-politicisazzjoni tal-glieda kontra d-droga. Din hi problema li irid jiggelidha il-poplu kollu u s-soluzzjonijiet ghaliha huma ferm inqas facli milli tohrog stqarrija u tghid li mhu qed isir xejn.
Fil-fatt qed isir hafna kemm fuq livell ta' prevenzjoni kif ukollfuq livell ta' inforzar. Ma hux minnu illi l-NDIU ma ghandhiex rizorsi materjali anzi issa li l-funzjonijiet se jigu assorbiti fis-Servizz ta' Sigurta', din se tissahhah aktar, in vista wkoll tal-poteri specjali li nghataw lil dan is-Servizz b'ligi. Ikun zball kbir jekk din il-ligi tigi mhassra kif qed jghid il-Partit Laburista ghalhiex hija ghodda importanti f'idejn il-forzi ta' l-ordni.
L-impenn tal-Gvern fil-glieda kontra d-droga huwa riflessfil-mizuri amministrattivi u legislattivi li ttiehdu fosthom, l-introduzzjoni ghall-ewwel darba tal-piena ta' ghomor l-habs ghat-traffikanti tad-droga, iz-zieda f'pieni ohra ghal reati dwar droga, it-twaqqif tal-Iskwadra kontra d-droga, u id-dritt moghti lill-Pulizija li jinvestigaw kontijiet bankarji ta' traffikanti ta' droga u l-iffrizar tal-propjeta taghhom.
It-twaqqif tal-Isptar Santa Marija, u l-ghajnuna sostanzjali litinghata lill- Ðentru ta' San Blas huma xhieda tal-impenn ghal rijabilitazzjoni, impenn li se jigi msahhah bi ftehim mal-agenzija Sedqa u mal-Caritas ghal-progammi ghal prigunieri bi problema tad-droga.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  3,000 people attend activities organised by entities within the Ministry over the past days

PR261891en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR  3,000 persuna jattendu attivitajiet organizzati minn entitajiet fi ħdan il-Ministeru fl-aħħar jiem

PR261891

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-P...

More Press Releases Right arrow