Left arrow Go Back

Il-Ministru Falzon jipprezenta Computer lir-rebbieha ta' Edukwiz

PR1469
Date Icon 24/09/1996
Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Rizorsi Umani, l-Onor MichaelFalzon, ipprezenta kompjuter lil Helena Zammit Briffa minn San Gwann, ir-rebbieha tal-kompetizzjoni EDUKWIZ. Din il-kompetizzjoni kienet qed tixxandar fuq l-istazzjon televiziv edukattiv Education 22 u giet organizzata fl-okkazjoni tal-fiera EDUKA '96. Ir-rebbieha ta' din il-kompetizzjoni inghatat kompjuter MATRIX Computer System gentilment moghti mid-ditta Electronics System International Ltd.
F'diskors qasir li ghamel l-Onor Ministru ta' l-Edukazzjoni uRizorsi Umani qal li EDUKA '96 kienet wirja nazzjonali dwar l-edukazzjoni f'Malta. Hu stmat li ghal din il-fiera, li fiha ppartecipaw 'il fuq minn 80 esebitur, attendew madwar 20,000 ruh.
Matul l-erbat ijiem tal-fiera kienu organizzati diversiattivitajiet fosthom lectures minn ditti privati b'temi li ghadhom x'jaqsmu ma' l-edukazzjoni, inzamm Mini-European Assembly organizzat mill-NSTF, inghata lecture minn Prof Malerba, astronawta Taljan li ha sehem f'wahda mill-missjonijiet tax-shuttle, u saru diversi sessjonijiet ta' zfin u ajrobika, tpingija, drama u muzika.
Il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u Rizorsi Umani waqt il-fiera kelluerba' stands li kellhom it-tema "L-Edukazzjoni tul il-Hajja".
Waqt il-fiera saru wkoll trasmissjonijiet diretti mill-istazzjonteleviziv EDUCATION 22, ta' ghadd ta' attivitajiet li kienu qed isehhu.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

More Press Releases Right arrow