Left arrow Go Back

It-Tunezija ser tghin fl-investigazzjonijiet dwar l-ghejbien ta' l-ajruplan Piper Lance

PR1446
Date Icon 20/09/1996
Il-Ministeru ghall-Affarijiet Barranin ta' Malta ghamel talbalill-Ministeru ghall-Affarijiet Barranin tat-Tunezija sabiex jghinu fl-investigazzjonijiet li qed isiru dwar l-ghejbien tal-ajruplan Piper Lance 9H-ABU wara li telaq minn Gerba fit-3 ta' Dicembru tal-1995, billi jaqsmu l-informazzjoni li jista' jkollhom ma' l-Awtoritajiet Maltin.
Ta' min ifakkar illi immedjatament wara l-ghejbien ta' dan l-ajruplan,kienu saru kuntatti bejn il-Vici Prim Ministru u Ministru ghall-Affarijiet Barranin, il-Prof. Guido de Marco u l-Ministru ghall-Affarijiet Barranin Tunezin Habib Benyahia. Min-naha taghhom, it-Tunezini ghinu fit-tfittxija ghall-ajruplan kif ukoll taw il-permessi mehtiega sabiex kemm mezzi ta' l-ajru u tal-bahar jidhlu ifittxu fl-ajru u fl-ibhra Tunezini.
B'rizultat ta' rapprezentazzjonijiet maghmula mill-Ministerughall-Affarijiet Barranin ta' Malta, il-Gvern Tunezin laqa' it-talba Maltija biex jghin permezz ta' bdil ta' informazzjoni kif ukoll kuntatti diretti.

Il-Vici Prim Ministru u Ministru ghall-Affarijiet Barranin, il-Prof. de Marco esprima l-apprezzament tal-Gvern Malti ghal din il-kooperazzjoni li t-Tunezija estendiet f'dan il-kaz.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

More Press Releases Right arrow