Left arrow Go Back

L-Awtoritajiet tas-Sahha jichdu "ahbar zbaljata u allarmanti" dwar il-mikrobu MRSA

PR1423
Date Icon 17/09/1996
L-Awtoritajiet tas-Sahha qeghdin ghal darb'ohra jirrispondu ghalahbar zbaljata u allarmanti dwar il-mikrobu imsejjah MRSA li xxandret fuq xi mezzi tax-xandir.
Il-mikrobu maghruf bhala Methicillin Resistant Staphlylococcusaureus huwa problema li tinsab fl-aqwa spatrijiet li fihom isiru interventi serji u komplikati biex tigi salvata l-hajja minn mard li sa xi snin ilu kien ifisser li ma kienx hemm speranza ghalihom.
Id-Dipartiment tas-Sahha jichad li kien hemm ghaxar kazi. In-numruta' kazi godda li nstabu kien ta' hamsa mifruxin fuq dawn l-ahhar sitt gimghat. Dan sar bis-sahha ta' sorveljanza attiva u kontinwa ta' l-Infection Control Unit fl-Isptar San Luqa li giet imwaqqfa xi hames snin ilu.
Mhux veru li l-mikrobu jinxtered mill-arja. Fil-fatt, ma ghandux'jaqsam xejn ma' sistemi ta' arja kondizzjonata kif gie allegat fl-ahbarijiet. L-MRSA l-anqas mhu assocjat ma' nuqqasijiet ta' igjene fl-ambjent li fihom jigu kkurati l-morda. Il-mod kif giet ipprezentata l-ahbar juri injoranza xjentifika dwar kif jinxtered dan il-mikrobu. Fil-fatt, aktar ma jsiru interventi godda u kkomplikati u aktar ma jkun hemm il-htiega ta' antibijotici qawwija, aktar jizdied ir-riskju ta' din l-infezzjoni.

Din it-tip ta' infezzjoni mhix esklussiva ghall-Isptar San Luqa. Anzi, hija aktar akuta fi sptarijiet maghrufa barra minn Malta. Fil-fatt, f'hafna minn dawn l-isptarijiet il-problema saret komuni. Minhabba l-passi li ttiehdu sal-lum l-Awtoritajiet ta' l-Isptar San Luqa evitaw li naslu ghal cirkustanzi simili.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

More Press Releases Right arrow