Zewg artisti Ghawdxin jesebixxu xoghlijiet fl-Awstralja
PR1389
11/09/1996
| Zewg artisti zghazagh Ghawdxin, John L Grima u Paul A Stellini | bhalissa ghandhom esebizzjonijiet separati ta' pittura fl-Awstralja. L-esebizzjonijiet qeghdin iduru diversi bliet fl-Awstralja fosthom Canberra, Melbourne u Sydney bil-ghajnuna tal-Kummissjoni Gholja Maltija fl-Awstralja u bil-kollaborazzjoni tal-Ministeru ghal Ghawdex. |
| Il-Ministru ghal Ghawdex, Anton Tabone iltaqa' maz-zewg artisti u | awguralhom success ghall-esebizzjonijiet li qeghdin itellghu f'pajjiz barrani. |
| Huwa qal li permezz ta' din l-inizjattiva dawn l-artisti qed | ikollhom l-opportunita' li filwaqt li jesponu l-arti taghhom iwasslu l-immagni ta' Ghawdex f'pajjiz li ghandu rabta mill-qrib mal-gzejjer taghna. Il-Ministru Tabone qal li huwa fenomenu li qieghed isehh fil-gzira Ghawdxija bhalissa li bosta organizzazzjonijiet bhall-baned u korijiet kif ukoll artisti individwali jesponu t-talenti taghhom f'pajjizi barranin. Huwa rringrazzja lis-Sur Raymond C Xerri, Charge d'Affaires fil-Kummissjoni Gholja Maltija fl-Awstralja li bl-inizjattiva u bil-hidma tieghu qeghdin isiru dawn l-esebizzjonijiet u awgura li aktar artisti jkollhom l-opportunita' li jesponu x-xoghlijiet taghhom barra minn pajjizna. |
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901