Left arrow Go Back

Stqarrija mill-Awtoritajiet tas-Sahha dwar il-Provvista ta' "swabs" fl-Isptar

PR1388
Date Icon 11/09/1996
Fil-harga ta' nhar il-Hadd ta' gurnal politiku inghatat l-impressjonili fl-Isptar San Luqa ma kienx hemm provvista ta' swabs. Dan il-gurnal kompla jinsinwa li dan in-nuqqas jinhass l-aktar jekk tinqala xi emergenza fejn ikollhom isiru operazzjonijiet urgenti.
L-Awtoritajiet tas-Sahha jichdu dan ir-rapport esagerat u ghalhekkallarmanti u bla bzonn. Huwa minnu li minhabba proceduri ta' tenders u prezzijiet esagerati fis-suq lokali l-provvista ta' swabs nizlet, izda definittivament mhux minnu li f'xi hin fl-isptar ma kienx hemm swabs. Ittiehdu l-mizuri kollha necessarji biex dan ma jigrix u fil-fatt kien hemm provvisti biex jinqdew il-htigijiet tal-pazjenti.
Din il-gimgha stess waslet f'Malta u qed tigi mqassma provvista ta'swabs li nxtrat mill-Ingilterra bi prezz marginalment biss aktar gholi mill-prezz tat-tender l-antik. L-allegazzjoni li ntefqu tlett darbiet aktar ghal din il-konsenja mhix korretta u xxandret biss biex jintefa' dell ikrah fuq il-management tal-Medical Stores.
Ir-rapport fil-gurnal jallega wkoll li mill-Isptar San Luqa maseteghtx tinxtara l-medicina WARFARIN bir-rizultat li pazjenti kellha tinghatalhom kura minhabba li bdew ibatu minn bleeding. Irid jinghad li persuni jitilfu demm minhabba overdose ta' Warfarin u mhux minhabba n-nuqqas tieghu. Il-problemi ta' stocks gew solvuti.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  3,000 people attend activities organised by entities within the Ministry over the past days

PR261891en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR  3,000 persuna jattendu attivitajiet organizzati minn entitajiet fi ħdan il-Ministeru fl-aħħar jiem

PR261891

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-P...

More Press Releases Right arrow