Relazzjonijiet ma' l-Awstralja fil-qasam marittimu
PR1381
10/09/1996
| Fiz-zjara li l-Ministru ghat-Trasport, Komunikazzjoni u Teknologija | qed jaghmel fl-Awstralja, ghall-ewwel darba tpoggiet bazi soda ghal-relazzjonijiet bejn iz-zewg pajjizi fil-qasam marittimu. |
| Kmieni wara nofsinhar il-Ministru Frendo u d-delegazzjoni tieghu li | maghha inghaqad ukoll Lino Vassallo, Direttur tal-Bastimenti Merkantili, kellhom laqgha utli hafna ma' Geoff Craige, il-Ministru tal-Portijiet u t-Toroq ta' l-Istat ta' Victoria. |
| Matul din il-laqgha il-Ministru Frendo tkellem dwar il-missjoni | marittima ta' Malta u l-pakkett ta' servizzi li Malta qed toffri fil-qasam marittimu. Dan jinkludi s-servizz tat-tiswijiet tal-vapuri mit-tarzna, il-yacht marinas, il-facilitajiet tal-Port il-Kbir, ir-Registrazzjoni tal-Bastimenti u l-facilitajiet tal-Port Hieles f'Marsaxlokk. |
| Hu spjega li Malta llum ghandha it-tmien l-akbar Registru | tal-Bastimenti izda ghamel emfasi m'hux fuq in-numru izda fuq il-kwalita'. Semma wkoll l-izviluppi fil-qasam tal-cruise liners u l-hidma biex Malta issir ukoll Home Port fejn il-bastiment jibda u jispicca l-cruise tieghu u mhux semplicement ikun "£port of Call" kif uzat sal-lum fil-maggoranza tal-kazi. Il-Ministru Craige wera interess kbir f'dan il-qasam u talab aktar taghrif dwar il-facilitajiet tal-Port Hieles. Il-Ministru Frendo spjega il-facilitajiet li jipprovdi l-Port Hieles kif ukoll il-vantaggi li toffri Malta ghal min irid jidhol fis-suq Ewropew permezz tal-Ftehim ta' Assocjazjoni ma' l-Unjoni Ewropea. Kienet esplorata ukoll il-possibilta' li delegazzjoni Maltija izzur l-Awstralja biex tispjega l-facilitajiet offruti lill-industrijalisti. Il-bierah filghodu il-Ministru Frendo attenda ghas-sessjoni tal-ftuh ta' 'Spillcon '96' li qed issir f'Melbourne, u li qed tiddiskuti t-tema tat-tniggiz ta' l-Ambjent Marittimu. |
| Il-Konferenza nfethet minn Marie Tehan, Ministru | ghal-Konservazzjoni u l-Ambjent. Prezenti kien hemm ukoll delegati minn diversi pajjizi u s-Segretarju tal-Marine Environment Division ta' l-Organizazzjoni Marittima Internazzjonali. |
| Sadattant Lino Vassallo kemm f'Sydney kif ukoll f'Melbourne kellu | laqghat mal-Flag State Inspectors ta l-Awtorita Marittimu Maltija fil-portijiet Awstraljani kif ukoll ma' ufficjali gholja ta' l-Australian Maritime Safety Agency li fost affarjiet ohra huma responsabbli ghall-Bastimenti Merkantili u c-certifikazzjoni tal-Bahhara. |
| F'dawn il-laqghat kienu stabbiliti kuntatti siewja bejn l-awtoritajiet | taz-zewg pajjizi. Aktar kmieni din il-gimgha il-Ministru Frendo u d-delegazzjoni tieghu zaru wiehed mill-container terminals ta' Botany Bay f'Sydney. Huwa tkellem ma' l-amministraturi tat-terminal u l-Ministru tkellem ukoll ma' xi haddiema Maltin li jahdmu f'dan il-Port. |
Other Press Releases:
PR261891en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...
PR261891