Il-Kumpanija MCE Limited tinghata l-Premju Quality in People.
PR1356
05/09/1996
| Il-Kumpanija MCE Limited li qed ticcelebra l-20 anniversarju minn | meta twaqqfet, giet ipprezentata bil-premju "Quality in People" mill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Rizorsi Umani, l-Onor Michael Falzon. |
| L-ghan ta' dan il-premju mniedi mill-Korporazzjoni tax-Xoghol u | Tahrig, huwa li joghla l-livell ta' tmexxija tar-rizorsi umani bhala parti mill-istrategija nazzjonali li tinzamm l-istabbilita' fis-suq tax-xoghol u fl-istess waqt isir l-ahjar uzu mill-opportunitajiet diga' ezistenti f'dan is-suq. F'dan il-process jinghata rikonoxximent lil dawk l-organizzazzjonijiet li juru impenn ghall-kwalita' fir-rizorsi umani. |
| Il-kuncett ta' "The Quality in People Award" huwa bbazat | fuq il-principju li biex tilhaq l-ghanijiet taghha kull organizazzjoni jehtieg li jkolla impenn shih ghal kwalita' gholja tal-haddiem. Ghalhekk hemm bzonn li kull intrapriza tizviluppa l-kwalita' tal-kontribuzzjoni moghtija mill-haddiem, tohloq ambjent fejn kull haddiem jista' juza t-talenti tieghu b'mod effettiv u tevalwa l-kontribut ta' kull individwu. B'hekk biss l-organizzazzjoni tilhaq l-oghla potenzjal taghha u tikseb success fuq is-suq. |
| F'diskors qasir li ghamel il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Rizorsi | Umani, l-Onor Michael Falzon qal li "l-Quality in People Award" tinkiseb minn dawk l-intraprizi jew organizzazzjonijiet li jilhqu l-livelli ta' kwalita' stabbiliti f'dawn l-erba' oqsma - it-tmexxija ta' l-organizzazzjoni, l-ghazla u l-ingagg tal-haddiema, il-kontribut u x-xoghol moghti, u t-tahrig u l-izvilupp tar-rizorsi umani. Zied jghid ukoll li bil-kisba ta' dan il-premju l-organizzazzjoni tistenna li jkollha haddiema aktar motivati u mharrga, kapaci li jaghtu kontribut ta' kwalita' aktar gholja minn qabel u li tibda tgawdi stima akbar minn dawk il-persuni li jkunu nteressati li jahdmu maghha kif ukoll mill-konsumatur. |
| Waqt din-ic-cerimonja il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Rizorsi Umani | inawgura wkoll teatru ghall-konferenzi Dan it-teatru, li huwa attrezzat b'apparat modern ser iservi biex isiru konferenzi u jigu mharrga wkoll il-haddiema tal-kumpanija. |
| Fl-istess okkazjoni disa' haddiema gew ipprezentati wkoll | b'certifikat ta' Long Service Award Scheme, ghotjiet ta' flus u rigali ohra. |
| F'din l-okkazzjoni il-kumpanija MCE Limited ghamlet donazzjoni ta' | flus lil Hospice Movement filwaqt li ghadd ta' haddiema taw id-demm. |
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901