Il-Ministru ghal Ghawdex jinawgura l-post il gdid tal-Kalypso Academy
PR1354
05/09/1996
| In-numru ta' studenti Ghawdxin li applikaw sabiex isegwu kors fl-Universita' | ta' Malta ghas-sena akkademika 1996/97 ilahhaq il-mija u hamsa u erbghin (145). Dan qalu l-Ministru ghal Ghawdex waqt il-ftuh ufficjali ta' lokal gdid ghal Kalypso Academy fin-Nadur. |
| Il-Ministru Tabone awgura li din l-iskola timla vojt kbir li ilu | jinhass f'Ghawdex. Inizjattiva bhal din tista' tirnexxi ghaliex illum anki f'Ghawdex issib l-infrastruttura ambjentali u socjali fil-qasam ta' l-edukazzjoni. Huwa qal li n-numru ta' studenti Ghawdxin fl-Universita' tal-Qroqq fl-1995/96 kien ta' 350 meta fl-1987/88 kien ta' 28 jigifieri illum l-ghadd ta' studenti gradwati Ghawdxin jaghmilha possibbli biex inizjattivi fil-qasam ta' l-edukazzjoni, anke f'dik terzjarja, jittiehdu b'success fil-gzira Ghawdxija. |
| Il-Ministru Tabone semma l-potenzjal li ghandha din l-akkademja li | filwaqt li tkun taghti taghlim tal-linwa ingliza, illum lingwa universali, fl-istess hin tkun qed tippromwovi lil Ghawdex bhala destinazzjoni turistika. |
| Tkellem ukoll il-Kap ta' l-Iskola, is-Sur Kevin Sciberras. Il-Kalypso | Academy hija rikonoxxuta wkoll mit-Trinity College of London. |
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901