Jifthu l-applikazzjonijiet ghall-korsijiet ta' l-Adulti u ta' fil-ghaxija
PR1337
02/09/1996
| Din il-gimgha ser jifthu l-applikazzjonijiet ghall-korsijiet ta' l-adulti | u ta' filghaxija li jigu organizzati mid-Dipartiment ghall-Istudji Oghla u Edukazzjoni Adulta, Divizjoni ta' l-Edukazzjoni, tal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u Rizorsi Umani. |
| L-iskop ta' dawn il-korsijiet hu li jipprovdi opportunita` lil kull | min jixtieq jikseb taghlim aktar u jghin ruhu f'xi suggett li jista' jwasslu anke biex wiehed jersaq ghal ezamijiet b' mod partikolari tas-SEC u City & Guilds. Hemm korsijiet f'suggetti akkademici, teknici u ta' artiggjanat kif ukoll oqsma ohra bhall-arti u d-disinn. Dis-sena qed jigu offruti lezzjonijiet ukoll f'suggetti f'livell intermedjarju. Dawn huma: Ingliz, Malti, Matematika, Religjon, Chemistry, Xjenza Ambjentali. |
| Ghal darb'ohra wkoll ser ikun hemm lezzjonijiet ta' taghlim baziku | ghall-Adulti u anke taghlim tal-Malti ghall-Barranin. |
Ic-Centru ta' Edukazzjoni ghall-Adulti, fil-Kumpless tal-G. F. Abela Junior College, Msida, ser jipprovdi lezzjonijiet fil-ghodu ghal dawk il-persuni li jkunu jridu jtejbu l-livell taghhom halli jilhqu livell sekondarju.
| Biex jitwassal aktar il-messagg ta' Edukazzjoni Tul il-Hajja, qed | jigi ppublikat poster li ser jigi mqassam lill-Kunsilli Lokali, Skejjel u istituzzjonijiet ohra matul ix-xahar ta' Settembru. |
| Biex jinghata taghrif aktar lil kulmin hu interessat fil-korsijiet | ta' l-Adulti u ta' filghaxija, barra l-avvizi fil-Gazzetta tal-Gvern Nru. 16321 ta' 27 ta' Awissu 1996, dis-sena qed jigi ppublikat ghall-ewwel darba ktejjeb b'taghrif necessarju dwar il-korsijiet kollha ta' filghaxija: numru tal-kors, suggett, livell ta' studju, granet u hinijiet tal-lezzjonijiet, skola. It-taghrif ser jibda jidher ukoll fuq Education 22. |
| Fil-ktejjeb hemm taghrif dwar skejjel specjalizzati li jorganizzaw | korsijiet fil-ghaxija: Skola ta' l-Arti, Centru ta' L-Arti u Disinn, Programm ta' Edukazzjoni fid-Drama, Skola tal-Muzika u Skola Nawtika, kif ukoll taghrif dwar il-korsijiet li jsiru f'Ghawdex. |
| Dan il-ktejjeb qed jitqassmu kopji tieghu matul l-ewwel gimgha ta' | Settembru lill-ufficcji tal-Kunsilli Lokali (bil-koperazzjoni tad-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali) biex ikun disponibbli ghal kull min irid jikkonsultahom. Ser jitqassmu kopji ta' l-applikazzjonijiet ghal min ikun irid jigborhom minn dawn l-ufficcji. |
| Ir-Registrazzjoni tibda illum 2 ta' Settembru u tkompli sal-20 ta' | Settembru. Biex jitnaqqsu d-diffikultajiet qed ikun hemm formola ta' l-applikazzjoni wahda ghal kull suggett. L-ufficcju tar-Registrazzjoni, fl-Ufficcju tal-Edukazzjoni, il-Furjana, jilqa' l-applikazzjonijiet u l-hlas li jista' jsir b'cekk indirizzat lid-Direttur Generali ta' l-Edukazzjoni. Min irid jibghat il-formola bil-posta ghandu jiccekja bit-telefon qabel jibghat ir-registrazzjoni u jimxi mat-taghrif moghti fil-ktejjeb. |
| Numru limitat ta' kopji jiqassmu b'xejn 'on a first come first | served basis' lil min jigi jirregistra fl-Ufficcju tar-Registrazzjoni, il-Furjana. Kopji ohra qed jintbaghtu lil istituzzjonijiet interessati. |
| Dan hu l-ewwel pass fi programm ta' riorganizzazzjoni tar-Registrazzjoni | ghall-korsijiet ta' l-Adulti u ta' filghaxija. Qed jigi studjat pjan biex is-sistema tkun kompjuterizzata biex b'hekk il-klijent ma jkollux ghalfejn joqghod jigi l-ufficcju tal-Furjana biex japplika ghal xi kors. |
| Id-Dipartiment imsemmi qed jippjana korsijiet ohra qosra li | jithabbru 'l quddiem u bdew t-thejjijiet inizzjali biex jigi ppubblikat mill-gdid Direttorju ta' Agenziji ghall-Edukazzjoni Adulta. Dan biex inkomplu bis-sehem ta' dit-Taqsima fit-Tfakkir tas-Sena Ewropea ta' Lifelong Education (Edukazzjoni Tul il-Hajja). |
| Dawk l-ghaqdiet jew organizzazzjonijiet li kien deher taghrif | dwarhom fl-ewwel edizzjoni tal-1990 gew mitlubin jaggornaw it-taghrif taghhom waqt li ohrajn li jistghu ikunu interessati jistghu jikkuntattjaw lill-Assistent Direttur ghall-Edukazzjoni Adulta biex taghrif dwarhom jigi kkunsidrat. Id-Direttorju hu mezz li bih jinghata taghrif u tinholoq holqa ta' koperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet interessati fl-Edukazzjoni Adulta. |
| Il-Ministeru qieghed jinkwadra dawn l-attivitajiet fil-programm ta' | Edukazzjoni Tul il-Hajja, haga li llum hi necessarja aktar minn qabel biex jitjiebu l-kapacitajiet u jigu zviluppati it-talenti tar-rizorsi umani ta' pajjizna. |
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901