Estensjoni tad-Drama Unit
PR1326
29/08/1996
| Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Rizorsi Umani, l-Onor Michael | Falzon, zar is-sit fejn qed issir l-estensjoni tad-Drama Unit. Dan huwa wiehed minn hafna postijiet fejn bhalissa qed isir xoghol ta' kostruzzjoni. |
| Ix-xoghlijiet li qed isiru jikkonsistu fit-tkabbir ta' blokk | imqassam fi tlett sulari fil-kumpless tal-Liceo Maria Regina li jinsab fil-Blata l-Bajda. Dan il-bini ser ikun fih "practice studios" ghal lezzjonijiet ta' moviment, improvvizazzjoni u teknika tar-rectar u "studios" izghar ghal lezzjonijiet ta' rtokk u vuci. F'dan il-kumpless se jkun hemm ukoll "studio theatre" li jesa' madwar mitt ruh fejn l-istudenti ta' l-iskola tad-drama jkunu jistghu jaghmlu r-rapprezentazzjonijiet taghhom. Saru wkoll pjanijiet biex l-ispazju tal-bejt jigi utilizzat fis-sajf ghal attivitajiet ta' l-iskola tad-drama. |
| Ta' min jghid li din hija l-ewwel skola li giet mibnija apposta | fit-taqsima ta' l-arti kreattiva. |
| F'dan il-kumpless se jkun fih librerija specjalizzata li diga' | ghandha madwar 800 ktieb li jvarjaw minn xoghlijiet ta' drama ghal kotba ta' ricerka dwar id-drama. Din il-librerija hija ghall-uzu ta' l-istudenti u l-ghalliema ta' l-iskola tad-drama. |
| F'dan il-kumpless l-istudenti ser ikollhom l-opportunita' li | jesperimentaw fl-uzu tad-dwal ghall-palk u fit-teknika tar-rectar ghal "camera". |
| Permezz ta' dan it-tkabbir ser ikun possibbli wkoll li s-sezzjoni | tal-Youth Services Organization, (YSO), tkun allokata f'dan il-bini gdid fil-Blata l-Bajda ghal koordinament ahjar tal-hidma taghha. |
| Ghas-sena skolastika li jmiss, diga' applikaw aktar minn mitejn | student jew studenta. Dawn l-istudenti ser jidhlu f'wahda minn tliet sezzjonijiet li ghandha l-iskola; is-sezzjoni taz-zghar ghal studenti ta' bejn it-12 u l-15-il sena; is-sezzjoni intermedjarja ghal studenti ta' bejn il-15 u s-17-il sena u s-sezzjoni tal-kbar ghal studenti ta' 'l fuq minn 18 il-sena. |
| Meta dan il-kumpless ikun lest ser ikun possibli wkoll li matul ix-xhur | tas-sajf isiru "workshops" fid-drama ghal studenti Maltin u barranin. |
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901