Left arrow Go Back

Stqarrija mill-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici dwar il-kaz tal-container bir-raza tal-haxixa u l-ajruplan li kkraxxja f'Belgrad

PR1304
Date Icon 26/08/1996
"Nisfida lil Dr. Sant, biex jitkellem car." -il-Ministru Josef Bonnici
Ghal darb'ohra, il-Ministru ghas-Servizzi Ekonomici, l-ProfessurJosef Bonnici, jrid jiccara kwalunkwe stampa qarrieqa li setghet harget mill-insinwazzjonijiet perikoluzi li qed jaghmel il-Kap ta' l-Oppozizzjoni Dr. Alfred Sant, fil-konfront tieghu (il-Ministru), tal-Gvern u tal-Freeport, rigward il-Container bir-raza tal-haxixa li nqabad mill-awtoritajiet lokali ghaddej mill-Freeport u rigward il-kraxx f'Belgrad ta' l-ajruplan 'Ilyushin'.
Il-Ministru Bonnici jikkundanna l-iskorrettezza u l-ipokrezijapolitika li qed jimxi biha Dr. Sant, permezz ta' stqarrijiet li fihom jaghmel hafna mistoqsijiet li jidher car li l-ghan veru taghhom ma jkunx ghall-interess nazzjonali, kif jghid hu, izda biex jitfa d-dubju u d-dell fuq min jidhirlu hu.
Fl-istqarrija tal-bierah, Dr. Sant wera li ha ghalih ghaliex giedeskritt bhala sakranazz ghal poter, u rrejagixxa ghal dak li kien qal il-Ministru Bonnici, b'risposta ghall-allegazzjonijiet li kien ghamel Dr. Sant innifsu, billi din id-darba qal: "Il-poplu zgur li jinnota l-kumbinazzjoni li biha fl-istess gimgha li gara l-kraxx ta' l-Ilyushin u wara li jien qajjimt il-mistoqsijiet...., inqabdet dil-kunsinja ta' narkotici."
Issa, l-Ministru ghas-Servizzi Ekonomici, qed jipprova jifhem xijrid jghid b'dan il-kliem il-Kap ta' l-Oppozizzjoni Dr. Alfred Sant. "X'qieghed jinsinwa Dr. Sant?" jistaqsi l-Ministru ghas-Servizzi Ekonomici. "Ahjar jitkellem car u mhux joqghod idur mal-kliem biex jevita l-libelli."
"Jiena qed nisfida lil Dr. Sant biex matul l-24 siegha ligejjin jissostanzja dak li pprova jallega, jew inkella jiskuza ruhu talli pprova joskura lili u lil dawk kollha li huma nvoluti fl-immanigjar tal-containers gewwa l-Freeport. Kif diga ghidt, Dr. Sant ghandu d-dover u r-responsabbilta li jitkellem jekk ghandu xi informazzjoni esklussiva dwar il-kaz. Izda jekk m'ghandu xejn, allura jrid jiffaccja s-700 familja li taqla x'tiekol direttament mill-Freeport u jispjegalhom ghaliex qed jaghmel dawn l-allegazzjonijiet infondati kollha, li jistghu jipperikolaw l-istabilita ta' xogholhom u r-reputazzjoni li jgawdi l-Freeport. Dr. Sant ghandu jkollu l-kuragg jistqarr jekk Gvern Laburista gdid hux behsiebu jizmantella l-Freeport ukoll, bhal ma qal li se jaghmel b'postijiet ohra li wera d-dubju fl-operat taghhom." javza l-Ministru Bonnici.
Rigward l-incident ta' l-ajruplan 'Ilyushin', il-Ministru Bonnicijerga jtenni dak li qal qabel, cioe li l-awtoritajiet tal-Freeport ma kellhomx informazzjoni ulterjuri minn dik li kien hemm fuq id-dokumenti. L-investigazzjonijiet fuq it-taghbija ta' l-ajruplan ma taqax taht il-guristrizzjoni ta' l-awtoritajiet lokali. "Dr. Sant ma jistax jibqa jinqeda b'kull sitwazzjoni, bhalma qed jaghmel, biex jipprova jikseb vantagg politiku," jghid il-Ministru Bonnici, "hu jaf li l-awtoritajiet lokali, f'dan il-kaz ma jistghu jaghmlu xejn hlief li jikkoperaw ma dawk barranin, haga li saret immedjatament wara l-kraxx u qed tkompli ssir."
Il-Ministru ghas-Servizzi Ekonomici jghid ukoll li kollox jindikali jekk Dr. Sant jirnexxielu jsir Prim Ministru, dan iwassal ghal tkabbir fin-numru ta' qaghad, bejn minhabba l-postijiet tax-xoghol li m'ghandux fiducja fihom u allura jrid 'jizmantellhom', kif ukoll permezz ta' l-istrategija ekonomika li qieghed iwieghed issa, qabel l-elezzjoni. Fil-fatt, il-Ministru Bonnici jinnota li f'diskors li ghamel l-bierah, Dr. Sant qal li jekk xi darba jkun fil-Gvern, inaqqas it-taxxi, jnaqqas l-infiq, inaqqas is-self mill-korporazzjonijiet u jnaqqas id-dejn tal-Gvern. "Dan kollu jgib stagnar ekonomiku li jwassal biex itellef eluf ta' mpjiegi li gew ikkrejati tul dawn l-ahhar disa' snin." Jghid il-Ministru Josef Bonnici, "hija haga ta' l-iskantament li l-Kap Socjalista jghid dan il-kliem, meta ftit tal-granet ilu, id-deputat vici Kap Socjalista qal li Gvern Laburista gdid isib xoghol dicenti ghal kulhadd. Forsi kienu l-korpi taht dixxiplina millitari li kien qed jirreferi ghalihom Dr. Gorg Abela?" jistaqsi l-Ministru Bonnici.
"Din l-istrategija ta' attakki fuqi minn naha ta' Dr. Sant, matiskantanix," itemm il-Ministru Bonnici, "ghaliex issa diga rajna sa fejn kien kapaci jasal Dr. Sant permezz ta' insinwazzjonijiet infondati u tfih ta' tajn fuq Ministri u Ufficjali tal-Gvern ohra. Kollox jindika li Dr. Alfred Sant qed jinfexx f'allegazzjonijiet infondati li assolutament ma jaghmlux sens u li juru li tilef l-oggettivita kollha li wiehed jistenna li jkollu Kap ta' l-Oppozizzjoni u aspirant ghall-post ta' Prim Ministru."
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

More Press Releases Right arrow