Il-Ministeru tal-Intern jghid li l-Oppozizzjoni m'ghandhiex alternattiva fil-glieda kontra d-drogi
PR1294
23/08/1996
| B'risposta ghall-istqarrija mahruga mill-Kelliemi Ewlieni dwar | l-Intern ta' l-Oppozizzjoni, il-Ministeru ta' l-Intern jirrileva li minn mindu twaqqfet l-iskwadra kontra d-Droga fi hdan il-Pulizija, kien hemm dak li anki avversarji tal-Gvern sejhu "kullana ta' successi" u dana anki fil-konfront ta' traffikanti kbar ta' droga. Issa li l-Pulizija qed ikollha dawn is-successi, l-Oppozizzjoni bidlet id-diska u qed tghid li dan hu prova li hawn problema kbira ta' droga. Dan qed jinghad mill-istess partit li sa ftit snin ilu kien ippropona permezz tal-Kap tieghu ta' dak iz-zmien li ghandha tigi legalizzata d-droga sabiex tkun tista' tinbiegh mill-ispizeriji ghax din hi l-aqwa mezz kif tiggieled it-traffikar illegali tad-droga. |
| Hadd daqs il-Gvern prezenti ma ggieled il-kwistjoni ta' droga | b'mizuri legislattivi u amministrattivi inkluzi: |
| (a) l-introduzzjoni ghall-ewwel darba f'pajjizna ta' ghomor il-habs | ghal kazijiet serji ta' traffikar ta' droga; |
(b) it-twaqqif ta' Sedqa ghall-prevenzjoni u l-edukazzjoni;
| (ð) it-twaqqif tan-National Drugs Intelligence Unit u issa | s-Servizz ta' Sigurta' b'poteri specjali ta' investigazzjoni; |
| (d) it-twaqqif ta' Centru Santa Marija f'Hal Luqa ghal programmi | terapewtici ghal min ghandu l-problema tad-droga; |
| (e) ghajnuna ta' eluf kbar ta' liri lill-volontarjat impenjati | fil-glieda kontra d-droga. |
| Fil-ktieb Ic-Cittadin l-Ewwel l-Opposizzjoni ghamlet biss | proposta wahda u cioe' is-sekwestru punittiv tal-propjeta' tat-traffikanti. Tant hi gdida din il-proposta li ilha tezisti fil-ligi taghna ghaxar snin! Tant ghandha pjani l-Opposizzjoni f'dan il-qasam illi min fassal dan il-ktieb kien superficjali bizzejjed biex lanqas biss ezamina l-ligi kif inhi li ilha tipprovdi ghas-sekwestru punittiv sa mill-1986! Sa issa l-ebda kelliem ta' l-Opposizzjoni ma ikkorega din il-proposta jew irtiraha u ghalhekk l-Opposizzjoni ghadha sal-lum tipproponi xi haga li tezisti diga'. |
| Din hi s-serjeta' ta' alternattiva li qed jipproponi l-Partit | Socjalista. |
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901