Xoghol tad-Dipartiment tat-Toroq f'Hal Ghaxaq
PR1276
21/08/1996
| Id-Dipartiment tat-Toroq fi hdan il-Ministeru ghat-Trasport, | Komunikazzjoni u Teknologija kien ftiehem mal-Kunsill Lokali ta' Hal Ghaxaq kif ghandu jsir ix-xoghol tat-tarmac fit-toroq ta' Hal Millieri u l-fatt li sal-lum dawn ghadhom ma sarux bl-ebda mod ma hu tort tad-Dipartiment tat-Toroq li qatt ma mar lura mill-impenji tieghu. |
| Minkejja li kien jaf b'dan u kien imfakkar dwar dawn l-arrangamenti | ftit jiem ilu, il-Kunsill Lokali ta' Hal Ghaxaq xorta wahda ghamel Konferenza ta' l-Ahbarijiet li fiha habbar li se jasfalta triq b'mod temporanju u mbaghad jaghlaq il-bibien ghax ma jifdallux aktar fondi biex imexxi. |
| Fit-3 ta' Mejju li ghadda kien miftiehem li jkunu asfaltati t-toroq | f'Hal Millieri izda billi d-Dipartiment tat-Toroq ma sabx kuntrattur li seta' jibda dan ix-xoghol immedjatament, kien il-Kunsill stess li ssugerixxa li jitqabbad il-kuntrattur li f'dak iz-zmien kien qed jaghmel xoghol ghall-Kunsill fl-istess rahal. |
| Fil-fatt kienet saret laqgha fl-ufficcju tal-Kunsill li ghaliha | attendew is-Sindku, xi kunsilliera, id-Direttur tat-Toroq u l-kuntrattur li kien issugerixxa l-Kunsill stess u flimkien kienu marru jaraw it-toroq fejn kellu jsir ix-xoghol tat-tarmac. Il-Kunsill inkariga ruhu li kien se jsegwi hu lill-kuntrattur biex jassigura li x-xoghol isir kif miftiehem. |
| Meta l-kuntrattur gie biex jibda x-xoghol, irrizulta li f'dawn | it-toroq ma kienx hemm servizzi ta' l-ilma. Hi politika tad-Dipartiment tat-Toroq li ma jaghtix tarmac fuq toroq li ma jkunux lesti mis-servizzi kollha ghax inkella jkollhom jergghu jinqalghu. |
| Fil-konferenza stampa li ghamel, il-Kunsill ta' Hal Ghaxaq qal li | ha d-decizjoni li jaghmel dawn it-toroq hu, izda mbaghad jaghlaq l-ufficcju ghax ma jkollux aktar flus biex imexxi. |
| Ikun ferm orhos u aktar efficjenti u l-flus jservuh aktar kieku | l-Kunsill flok iwebbes rasu jaghmel kif kien suggerit mill-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta' l-Ilma, jigifieri li jhallas ghat-trinka biex isiru s-servizzi ta' l-ilma, u tarmac ikun jista' jaghmlu kif suppost id-Dipartiment tat-Toroq. Ma jkunx xieraq li l-Kunsill jaghmel spejjez biex jirranga triq li mbaghad ikollha terga' tinqala' biex jghaddu s-servizzi ta' l-ilma. |
| Id-Dipartiment tat-Toroq jittama li l-Kunsill ta' Hal Ghaxaq jiehu | dan il-parir li zgur ikun fl-ahjar interess ta' kulhadd. |
Other Press Releases:
PR261891en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...
PR261891