L-Ajruplan russu li ggarraf f'Belgrad
Ajruplan tat-taghbija Russu tat-tip "Ilyushin 76", iggarraf wara li sploda hekk kif kien qed jipprova jaghmel inzul ta' emergenza fl-ajruport ta' Belgrad, kmieni dal-ghodu.
Skond il-flight plan ta' l-ajruplan, dan kellu jitlaq minn Belgrad fil-00.15 a.m. fi triqtu lejn Malta fejn kellu jasal fis-2.30 a.m., ihott taghbija li kellu fuqu destinata lejn Malta u jitlaq appena jhott din il-merkanzija. Hu kellu bhala destinazzjoni l-ajruport ta' Ostende, fil-Belgju.
It-tnax il-persuna li kien hemm fuq l-ajruplan, ghaxar membri ta' l-ekwipagg u zewg persuni ohra li kienu qed jakkumpanjaw it-taghbija, ilkoll huma rappurtati mejtin. Ma kien hemm ebda Maltin fost in-nies li kien hemm fuq l-ajruplan.
L-ajruplan hu proprjeta' tal-kumpannija "Spair" li hi registrata fil-Federazzjoni Russa izda li kienet topera mill-Emirati Gharab Maghquda. Din il-kumpannija ma tuzax Malta regolarment fil-hidma taghha fil-qasam tat-trasport bl-ajru.
Minn investigazzjoni li saret mill-awtoritajiet Maltin jirrizulta li d-dokumenti jghidu car li l-ajruplan kien qed igorr 12-il tunellata ta' taghbija li kienu jikkonsistu f'50 pallets ta' tyres ghal makkinarju agrikolu u 10 pallets ta' sports wear ghac-ciklisti.
Mill-ajruport, din it-taghbija kellha tittiehed mill-agenti lokali lejn il-Freeport biex minn hemm tintbaghat lejn il-Libja. Din it-taghbija hi wahda regolari u kienet akkumpanjata minn dikjarazzjoni li bl-ebda mod ma tikser xi sanzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti kontra dak il-pajjiz.
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901