Left arrow Go Back

Ghawdex igawdi bahar nadif

pr1268
Date Icon 19/08/1996

Minkejja z-zieda sostanzjali fil-popolazzjoni f'Ghawdex, it-titjib fil-livell ta' ghixien, u zieda enormi fin-numru ta' Maltin u barranin li llum izuru lill-gzira, Ghawdex ghadu jista' jiftahar bi xtut indaf u bahar car u nadif.

Dan qalu l-Ministru ghal Ghawdex, Anton Tabone meta zar il-bajja ta' Marsalforn waqt li kien qieghed jitnaddaf qiegh il-bahar bhala parti mill-kampanja "Ghal Bahar Aktar Nadif - We Care for Our Seas". L-iskop tal-kampanja hu li tqajjem kuxjenza nazzjonali dwar il-htiega li l-bahar jinzamm kemm jista' jkun nadif.

Din il-kampanja qed issir bil-kollaborazzjoni tad-Dipartiment ghall-Harsien ta' l-Ambjent, il-Ministeru ghal Ghawdex, Bezzina Ship-Repair Yard Ltd, id-Dipartiment ta' l-Agrikoltura, il-Forzi Armati ta' Malta u l-Pulizija; u tal-Professional Diving Schools Association, li qed tipprovdi ghaddasa biex jitnadddfu partijiet mill-bajjiet fuq bazi volontarja.

Fil-fatt hemm 10 bajjiet f'Ghawdex li minnhom matul il-gimgha jittiehdu kampjuni ghat-testijiet fuqhom. Is-sajf l-iehor il-bajjiet kollha jigifiei Dahlet Qorrot, id-Dwejra, Hondoq ir-Rumien, Marsalforn, Mgarr ix-xini, ir-Ramla, San Blas, ix-Xatt l-Ahmar, ix-Xlendi u z-Zewwieqa kienu dejjem konformi mal-Kriterji tal-Konvenzjoni ta' Barcellona u qatt ma nhareg avviz lill-pubbliku biex ma jsirx ghawm f'xi bajja Ghawdxija. Din is-sena s-sitwazzjoni hija prattikament l-istess ghajr ghal avviz wiehed ghall-bajja tax-Xlendi, liema avviz gie rtirat l-ghada stess meta r-rizultati tat-testijiet urew li l-kontaminazzjoni ma kienetx ghadha hemm.

Il-Ministru Tabone sahaq li bl-investiment qawwi li sar u qed ikompli jsir, l-anqas it-tniggiz ta' gurnata wahda tal-bajja tax-Xlendi mhu gustifikat u l-Ministeru ghal Ghawdex gia stharreg x'seta kien il-kagun. Mill-istharrig preliminari jidher li hemm lok ta' iktar investigazzjoni u ghalhekk qed jittiehdu l-mizuri biex il-kaz jigi investigat iktar fil-fond. Il-Ministru Tabone zied ighid li bhalissa qed jitwettaq il-Master Plan tad-drenagg f'Ghawdex li permezz tieghu se jigu eliminati zewg outfalls tad-drenagg, wiehed f'San Blas u l-iehor f'Wied il-Mielah, u d-drenagg kollu tal-gzira jingabar f'Ras il-Hobz fejn jigi ttrattat u uzat ghall-agrikoltura u jekk ikun mehtieg li jintefa' l-bahar, dan qabel ikun ittrattat biex ma jaghmilx hsara fil-bahar. Dan kollu qed isir biex Ghawdex ikollu zvilupp sostenibbli, ikollu l-infrastruttura mehtiega li tlahhaq ma' l-attivita' socjali u ekonomika tal-gzira li ghadha qed tikber.

Bhala ezempju ta' din l-attivita', il-Ministru Tabone semma li matul Lulju ta' din is-sena n-numru sew ta' Maltin kif ukoll ta' barranin li zaru Ghawdex kien akbar minn dak tas-sena l-ohra. Fil-fatt iktar minn 120,000 Maltin u barranin zaru 'l Ghawdex ix-xahar li ghadda. Hawnhekk il-Ministru Tabone qal li din is-sena, il-gimgha ta' Santa Marija, mit-Tnejn sal-Hamis gew Ghawdex mat-33,000 ruh u 7000 vettura. Din turi zieda ta' 1,100 karozza fuq l-istess erbat ijiem tas-sena l-ohra. B'kollox f'dawn l-erbat ijiem qasmu 58,398 passiggier 12,345 vettura. L-istatisitka turi li filwaqt li s-sena l-ohra f'dawn l-istess erbat ijiem gew Ghawdex 5894-il-karozza u marru lura 5882, jigifieri marru daqskemm gew, din is-sena gew 6955 u marru lura 5390 li jfisser li din is-sena kien hawn hafna li tawlu z-zjara taghhom f'Ghawdex.

Il-Ministru Tabone appella biex kulhadd ihoss li Ghawdex huwa tieghu ukoll u ghalhekk kulhadd ghandu jibza' ghalih halli nkomplu ngawdu l-gmiel tieghu kemm fil-bahar kif ukoll fuq l-art.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

More Press Releases Right arrow