L-ghoti ta' kuntratti ta' Kompjuters
Il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u Rizorsi Umani jirreferi ghar-rapport li deher fl-ewwel pagna ta' It-Torca (Il-Hadd 18 ta' Awissu), taht it-titlu "It-Taghlim ta' l-Informatika fl-iskejjel ... MANUVRI FL-GHOTI TA' KUNTRATTI TA" KOMPJUTERS". Billi dan ir-rapport fih hafna inezattezzi u affarijiet li huma assolutament mhux minnhom irid jinghad li:
Kontra dak li gie rrappurtat mhux minnu li l-progett biex il-kompjuters jibdew jintuzaw bhala ghodda tat-taghlim (u mhux ghat-taghlim ta' l-informatika) fl-iskejjel primarji tal-Gvern se jigi pospost. Anzi kollox jindika li l-progett ikun jista' jibda jithaddem mill-ewwel granet ta' l-iskola li tiftah fit-23 ta' Settembru.
Mhux minnu li t-tlett kumpaniji msemmija (RTV, Maya Electronics u Megabite) tefghu offerti bhala konsorzju wiehed u individwalment. Il-lista ta' dawk li tefghu l-offerti - li hija dokument pubbliku - turi li dawn tefghu offerti ghal rashom biss. L-anqas hu minnu li dawn inghataw il-kuntratt permezz ta' konsorzju li ghamlu bejniethom. Ghalkemm huma ndikaw il-possibilita' ta' koperazzjoni bejniethom, kull ditta inghatat kuntratt individwalment.
Meta s-Sur E. Cachia li ssemma fir-rapport kien ingaggat mill-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u Rizorsi Umani bhala konsulent tekniku ghal dan il-progett, gie l-ewwel assigurat li hu ma kienx ghad baqghalu ebda konnessjoni ma' kumpaniji kummercjali li setghu kellhom interess fil-progett. Fil-verita' huwa qatt ma kien fundatur jew Managing Director u lanqas qatt ma kien jahdem mal-kumpanija RTV.
Is-sehem tas-Sur Cachia fil-process tal-ghazla kien ristrett ghat-thejjija tar-rapport tekniku li ghamel flimkien ma' persuna ohra dwar it-taghmir li kien offrut mid-diversi kuntratturi li tefghu l-offerti. Dan ir-rapport gibed l-attenzjoni ghall-fatt li "monitors" offerti minn tista' tghid il-kuntratturi kollha ma kienux strettament skond l-ispecifikazzjoni u ghaldaqstant saret rakkomandazzjoni b'mod li dawn il-kumpaniji ma kellhomx ikunu kunsidrati. Wara x-xoghol fuq dan ir-rapport, is-Sur Cachia ma hax sehem aktar fil-process tal-ghazla hlief li kien ghad-dispozizzjoni tal-kumitat dipartimentali u tal-Kumitat tal-Kuntratti biex iwiegeb u jispjega diffikultajiet ta' natura teknika li dawn setghu kellhom.
Il-Kumitat tal-Kuntratti innota li kien hemm nuqqas ta' qbil rigward l-interpretazzjoni ta' l-ispecifikazzjonijiet tal-monitors kif ippubblikati fl-offerta. Innota wkoll li xi ditti biex isolvu din is-sitwazzjoni fir-rigward ta' l-offerta taghhom, indikaw li lesti joffru monitors ta' 15-il pulzier meta fl-offerta originali kienu offrew monitors bhal haddiehor, jigifieri ta' 14 il-pulzier. Il-Kumitat tal-Kuntratti ma setghax jittollera dan it-tibdil fl-offerti fl-ahhar stadji ta' l-aggudikazzjoni. Ghaldaqstant gie deciz li dawk id-ditti kollha li l-offerti taghhom kienu ser jigu mwarrba minhabba l-interpretazzjoni soggettiva ta' din l-ispecifikazzjoni, kellhom jigu mitluba jikkonfermaw jekk kienux lesti li joffru monitors 15" li jikkonformaw ma' l-ispecifikazzjonijiet, minghajr l-ebda bdil fil-prezz ta' l-offerta. Kieku l-Kumitat tal-Kuntratti ma mexiex b'dan il-mod, ma kienx ikun possibli li jinghata xi kuntratt ghaliex l-unika ditta li offriet monitor 15" kienet IES Ltd. Ghaldaqstant mhux minnu li xi ditta partikolari nghatat ic-cans li titfa' offerta gdida kif hemm allegat fir-rapport.
Id-decizjoni li l-kumpanija IES Ltd ma tkunx konsidrata ghal dan il-kuntratt ittiehdet mill-Kumitat tal-Kuntratti fuq rakkomandazzjoni tal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u Rizorsi Umani wara li rrizulta b'mod car li f'kuntratt iehor li din il-kumpanija inghatat qabel kien sar attentat biex id-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni tigi ingannata. Id-Divizjoni qed tikkonsidra x'passi ohra ghandhom jittiehdu dwar dak il-kaz.
Minn imkien ma jirrizulta lid-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni, li d-ditta VSS Ltd., li nghatat il-kuntratt ghall-iskejjel ta' Ghawdex, hija l-agent ghal Ghawdex ghat-tlett ditti l-ohra li nghataw it-tlett kuntratti l-ohra, kif hu allegat fir-rapport.
Kull decizjoni li ttiehdet kienet fl-interess tal-Gvern u aktar u aktar tat-tfal li issa, minghajr spejjez zejda ghall-Gvern, ser igawdu kompjuters b'monitors ahjar. Barra minnhekk irid jinghad li l-progett tal-kompjuters fl-iskejjel primarji kompla kif kien ippjanat u mhux mitfugh lura bid-decizjonijiet mehuda mill-Kumitat tal-Kuntratti. Ghaldaqstant l-allegazzjoni li saru xi manuvri fl-ghoti tal-kuntratti tal-kompjuters li sejrin jintuzaw fl-iskejjel primarja hija allegazzjoni ghal kollox bla bazi. Il-process tal-ghazla tal-kuntratturi sar b'mod trasparenti skond il-proceduri stabbiliti u ma kien hemm ebda indhil biex dan il-process ma jsirx kif suppost.
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901