Left arrow Go Back

Prezentazzjoni ta' Fire Engines godda lill-Pulizija

pr1248
Date Icon 14/08/1996

Illum l-Erbgha 14 ta' Awissu, quddiem il-Kwartieri Generali tal-Pulizija, il-Furjana, il-Ministru ta' l-Intern, Dr. Tonio Borg, flimkien ma' l-Ambaxxatur Taljan ghal Malta Marco Colombo, attenda ghal cerimonja li saret fl-okkazjoni tal-wasla f'Malta ta' tliet vetturi godda, Iveco Fire Engines li nxtraw mill-Italja bis-sahha tat-tielet Protokoll Finanzjarju bejn l-Italja u Malta.

Fi Frar ta' din is-sena il-Gvern Taljan baghat lill-Inginier Fabrizio Ruggiero, mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili Taljan, biex jaghmel analizi tas-sezzjoni tat-Tifi tan-Nar f'Malta u biex din tigi aggornata. L-inginier Ruggiero ghamel diversi rakkomandazzjonijiet li gew addottati mill-Kummissjoni Mhallta bejn il-Gvern Taljan u dak Malti dwar il-Protezzjoni Civili, li qablet li dawn ir-rakkomandazzjonijiet ghandhom jiffurmaw parti mill-progett dwar il-Protezzjoni Civili ghal Malta taht it-Tielet u r-Raba' Protokolli Finanzjarji bejn iz-zewg gvernijiet.

Dawn il-vetturi jiffurmaw parti mill-finanzjament mill-Gvern Taljan taht it-Tielet Protokoll. Huwa mahsub li issa l-progett ikompli taht ir-Raba' Protokoll billi jinxtraw iktar vetturi, vapuri u taghmir f'dak li ghandu x'jaqsam mas-salvatagg u tifi tan-nar (Fire & Rescue), biex jigu msahha is-sezzjonijiet relevanti kemm fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili u kemm f'dak tal-Pulizija.

Il-vetturi prezentati llum huma kompletament godda u ta' l-aktar mudelli ricenti li nbnew u mghammra bl-aktar apparat sofistikat. Il-vetturi huma kollha konformi mar-regolamenti tas-sigurta ta' L-Unjoni Ewropea.

It-tliet Anti Fire Trucks li wasslu huma:

  • Vettura li l-mudell taghha huwa FLF 1200 "Scout". - Din hija vettura izghar mit-tnejn l-ohra u tintuza f'kazijiet fejn ikun hemm nirien li jkunu difficilment accessibli. Barra minnhekk, facli tasal fuq il-post malajr biex taghti l-ewwel ghajnuna.
  • Zewg vetturi TLF 16/25 "EuroFire". - Dawn il-vetturi jistghu jintuzaw kemm bil-foam kif ukoll bl-ilma, u huma mghammra b'apparat specjali li kapaci jaqta' metall minghajr il-periklu ta' xokkijiet elettrici.

Thabbar ukoll li l-haddiema fit-taqsima tat-Tifi tan-Nar ser jigu mharrga biex ihaddmu dawn il-vetturi. Ser tigi provduta wkoll assistenza ghat-twaqqif ta' Fire And Rescue Unit f'Malta. It-tahrig specifiku dwar it-tliet vetturi mistenni jibda jinghata wara l-20 ta' Awissu.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

More Press Releases Right arrow