Laqgha ghad-Diplomatici Maltin dwar il-WTDC '98
L-Ambaxxaturi Maltin akkreditati f'diversi pajjizi barranin li bhalissa jinsabu Malta ghal laqgha annwali taghhom il-bierah kienu indirizzati mill-Ministru ghat-Trasport, Komunikazzjoni u Teknologija Michael Frendo u ufficjali gholja tal-Korporazzjoni Telemalta fuq stedina ta' l-Agent Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin, Guido de Marco.
Is-Sur John Camilleri, Chairman u s-sur Anthony Debono Chief Executive tal-Korporazzjoni Telemalta kellmu lid-diplomatici Maltin dwar il-World Telecommunications Development Conference li se ssir f'Malta fl-1998.
Ic-Chairman tat-Telemalta qal li hu mistenni li ghal din il-Konferenza jigu Malta madwar 1,500 delegat ta' livell gholi ghal ghaxart ijiem biex jiddiskutu l-izvilupp fil-qasam tat-telekomunikazzjonijiet. Malta giet fdata bir-responsabbilita' ta' l-organizazzjoni ta' din il-Konferenza u t-Telemalta hi impenjata mhux biss li torganizza tajjeb din il-konferenza izda ukoll li taghti kontribut siewi fil-kontenut tad- diskussjonijiet u d-decizjonijiet li jittiehdu.
Is-sur Anthony DeBono, Chief Executive tal-Korporazzjoni Telemalta tkellem dwar l-importanza ta' din il-Konferenza u l-beneficcji kbar li pajjizna jista' jiehu minnha mhux biss bhala prestigju izda anke finanzjarjament.
Habbar ukoll li s-sena d-diehla se ssir f'Malta laqgha internazzjonali ohra konnessa mat-telekomunikazzjonijiet li l-Korporazzjoni Telemalta taht id-direzzjoni tal-Ministru MIchael Frendo issa qed thares ukoll 'l hinn minn xtutna u qed tinvesti fi progetti fil-qasam tat-telekomunikazzjoni internazzjonali.
Il-Ministru ghat-Trasport, Komunikazzjoni u Teknologija Michael Frendo filwaqt li rringrazzja lill-Agent Prim Ministru ghall-opportunita' li tahom li jindirizzaw lill-Korp Diplomatiku dwar suggett hekk importanti, heggeg lill-Ambaxxaturi Maltin biex kull fejn ikunu jitkellmu dwar din il-Konferenza u jheggu l-partecipazzjoni fiha.
Il-Ministru Frendo spjega l-hidma li qed jaghmel il-Ministeru u t-Telemalta biex Malta tkun fuq quddiem fil-qasam tat-telekomunikazzjoni u appella lill-membri tal-Korp Diplomatiku biex meta jiltaqghu ma opportunitajiet li jistghu jkunu ta' intesess ghall-Korporazzjoni jinfurmawhom bihom.
Fl-ahharnett l-Agent Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin, Guido de Marco filwaqt li fahhar il-hidma li t-Telemalta qed taghmel taht id-direzzjoni tal-Ministru Frendo spjega li r-rwol ta' l-ambaxxaturi u l-konsulenti Maltin inferxa mad-dinja mhix biss xoghol ta' diplomazija fis-sens dejjaq tal-kelma imma ukoll li jghinu lill-agenzija tal-Gvern fil-hidma taghhom barra l-pajjiz.
Hu appella biex ikun hemm kollaborazzjoni shiha f'dan il-qasam u awgura lid-WTDC '98 tkun success kbir minn kull aspett.
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901