Left arrow Go Back

Zieda fil-Produzzjoni fis-settur tal-biedja

pr1210
Date Icon 05/08/1996

Matul l-ahhar snin il-biedja Maltija ghamlet passi kbar 'il quddiem. Dawn il-passi 'l quddiem qed jirriflettu ruhhom f'zidiet fil-produzzjoni, kif ukoll f'zidiet fid-dhul globali ta' l-istess bdiewa. Dan il-fatt, jista' jixhdu kulhadd, izda naturalment l-iktar li jistghu jixhduh huma l-istess bdiewa Maltin.

Din iz-zieda fil-produzzjoni saret possibli minhabba l-investiment li sar u li ghadu jsir kemm f'teknologija kif ukoll f'metodi godda ta' produzzjoni.Iktar ma jkun hemm zieda fil-produzzjoni, iktar ikun possibbli wkoll li l-htigijiet ta' pajjizna jigu moqdija minn dak li jigi prodott f'Pajjizna. Iz-zieda kbira fil-produzzjoni wasslet ukoll ghall-firxa akbar taz-zmien tal-produzzjoni, kif ukoll ghat-titjib tal-kwalita' fil-prodott imkabbar.

Dan it-titjib kien possibbli ghaliex il-Gvern tal-gurnata jiehu hsieb bl-akbar serjeta' lis-settur tal-biedja. Ghal dan il-Gvern, il-biedja mhix tradizzjoni, izda hi possibilta' kbira ta' avanz ghall-futur. Il-bidwi Malti, mhux biss irid jibni fuq l-esperjenza, izda qed ikompli jiehu l-mizuri necessarji halli jimxi 'l quddiem.

It-teknologija gdida flimkien ma' l-esperjenza tal-passat wasslet biex il-bidwi ghamel passi kbar 'l quddiem.

Dawn il-passi wasslu wkoll biex il-bidwi Malti jkun iktar ippreparat ghal quddiem. Naturalment l-ebda bidwi ma jista' jserrah rasu billi jghid li hu mexa bizzejjed 'l quddiem. Ghall-kuntrarju jrid ikompli javvanza dejjem izjed. Fil-fatt dan inftiehem tajjeb mill-bidwi Malti ghaliex hataf, u ghadu qed jahtaf kull opportunita' li tigih.

Biex dan il-fatt posittiv ikun jista' jigi sfruttat ahjar il-Gvern qed jaghmel hiltu kollha halli s-settur jinghata kull ghajnuna possibbli. Ghalhekk il-Gvern qed jaghti ghajnuna ta' madwar kwart ta' miljun lira fis-sena fi hlas ta' kontribuzzjoni tas-sigurta' socjali. Hu ghalhekk li l-Gvern qed jghin billi jibni nfrastruttura ahjar fit-toroq tal-kampanja. Hu ghalhekk li qed il-hin kollu jinkoraggixxi lill-bidwi b'zieda f'ghajnuniet diretti u ohrajn indiretti.Din l-ghajnuna tkun tista tikber aktar meta Malta ssir membru shih ta' l-Unjoni Ewropea. Id-dhul ta' Malta f'din l-unjoni, minbarra possibilta' ta' investiment akbar fl-infrastruttura u fl-ghajnuna lill-bdiewa twassal ukoll ghall-ftuh ta' swieq godda ghall-prodott Malti. Id-dhul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea tfisser ukoll li l-prodott Malti jkun jista' jigi esportat fiz-zminijiet kollha tas-sena. Ikun ifisser ftuh mill-gdid ta' swieq li ghal kemm kienu stabbiliti kienu ntilfu minhabba raguni jew ohra fi zmien amministrazzjonijiet ohra.

Ghalhekk id-dhul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea ikun ifisser opportunita' ohra ghall-biedja Maltija. Dak li nzera matul is-snin li ghaddew u li tant ta' frott lokalment, ikun jista' jaghti ferm aktar frott fuq il-livell Ewropew ukoll.

Ghall-bidwi Malti, id-dhul ta' Malta f'Unjoni Ewropea mhu xejn hlief opportunita' unika ta' futur ahjar ghas-settur. Dak li tkabbar matul is-snin li ghaddew ikun jsita' jkompli jizdied, ghal gid tal-bidwi, tal-mara tad-dar u tal-Pajjiz.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

More Press Releases Right arrow