Left arrow Go Back

Skola Sajf '96

pr1195
Date Icon 01/08/1996

Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Rizorsi Umani, l-Onor. Michael Falzon, illum ghamel zjarat f'diversi Centri fejn qed isiru l-attivitajiet konnessi ma' Skola Sajf '96.

L-ewwel post li zar il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Rizorsi Umani kien il-knisja tal-Mosta, fejn iltaqa' ma' tfal ta' l-iskola Primarja tal-Mosta li kienu qed jaghmlu zjara kulturali fir-Rotunda.

Wara il-Ministru zar l-iskola Primarja tan-Naxxar fejn assista ghal attivitajiet varji li kienu qed isiru, fosthom ezercizzi fizici, tpingija, loghob u kant.

Fl-ahharnett il-Ministru mar fit-telephone exchange ta' Birkirkara fejn grupp ta' studenti mill-iskejjel primarji ta' l-Imgarr u tal-Mellieha kienu qed jigu mdawwra ma' l-exchange biex jaraw dan kif jopera.

Permezz ta' l-attivitajiet li qed jigu organizzati fl-Iskola Sajf '96, kull skola primarja f'Malta u Ghawdex qed tilqa' fiha studenti mill-klassijiet IV, V, VI (u f'xi kazi minn klassi III). B'hekk hawn 50 centru f'Malta u 12 f'Ghawdex li b'kollox qed jattendu fihom 3,317 tfal f'Malta, u 326 f'Ghawdex. F'postijiet fejn ma hemmx skejjel bhal Burmarrad, il-Munxar u Marsalforn infethu Centri apposta biex jigi evitat li t-tfal minn dawn l-irhula jkollhom imorru f'Centri 'l boghod minn fejn joqoghdu.

L-attivitajiet ta' Skola Sajf jinkludu:

Drama u drama animation fuq livell lokali (ie fl-iskejjel) u fuq livell nazzjonali (ie fl-iskola Primarja tal-Floriana, u f'"Martin Luther King" f'St. Andrews).

Arts and Crafts fejn it-tfal qed jitghallmu metodi godda ta' espressjoni ta' arti. It-tfal qed jigu mhegga u mghejjuna jippartecipaw f'kompetizzjonijiet ta' arti. Qed jittiehdu jzuru postijiet partikolari u jigu mhajra jpingu dak li jaraw.

Sport u Edukazzjoni Fizika fejn it-tfal qed jigu mhajjra jipprattikaw xi sport, waqt li fi skejjel ohra qed jigi segwit il-Loghob Olimpiku bhala mezz tat-taghlim tal-Geografija u suggetti ohra.

Zjarat kulturali u industrjali qed isiru fuq livell lokali u nazzjonali fejn l-istudenti qed jittiehdu jzuru, fost ohrajn, postijiet bhal knejjes, postijiet storici kif ukoll postijiet ohra ta' natura kummercjali u socjali, fabbriki, stazzjonijiet tar-radju, impjanti tar-reverse osmosis u kumplessi ta' l-isport.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

More Press Releases Right arrow