Messagg mill-Kummissjoni ghal Maltin ta' barra fl-okkazjoni ta' Merhba 96
Regghet waslet il-MERHBA lil hutna l-Maltin ta' Barra. Kollox jinsab lest sabiex ghada, il-Gimgha, 2 ta' Awissu, il-Maltin jifirhu ma' huthom l-emigranti. Din is-sena MERHBA '96 se tkun prezentata fil-marina f'Ta' Xbiex.
Matul dawn il-jiem komplew isiru l-ahhar preparamenti biex f'din il-wesgha f'Ta' Xbiex, il-Maltin jilqghu lil huthom l-emigranti f'festa tradizzjonali Maltija - festa ta' muzika, zfin, kant, ikel u xorb, u ma jonqosx ukoll loghob tan-nar.
Huwa stmat li ta' kull sena, matul ix-xhur tas-sajf, ikun hawn Malta eluf ta' emigranti li jigu Malta biex iqattghu ftit gimghat ta' mistrieh mal-qraba taghhom.
Bhal snin ohra, MERHBA '96, ser issir taht il-patrocinju ta' l-Eccellenza Tieghu, il-President ta' Malta, Dr Ugo Mifsud Bonnici u s-Sinjura Mifsud Bonnici.
Is-serata tibda fit-8.30 ta' fil-ghaxija, bil-wasla ta' l-Eccellenza Tieghu, il-President u s-Sinjura Mifsud Bonnici akkumpanjati mill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Rizorsi Umani, l-Onor. Michael Falzon u s-Sur Peter Darmanin li huwa il-President tal-Kumitat Organizzattiv MERHBA '96.
Il-programm jikkonsisti f'messaggi qosra mill-Eccellenza Tieghu, il-President ta' Malta, mill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Rizorsi Umani u mill-President tal-Kumitat Organizzattiv tal-MERHBA '96. Ser ikun prezentat xoghol teatrali bl-isem ta' "Il-Hamsin Anniversarju" miktub minn Tony C Cutajar, bis-sehem ta' atturi maghrufa u z-zeffiena ta' Mary Jane Bellia u Ray Mamo.
Matul din is-serata jiehdu sehem ukoll il-kantanti Miriam Christine Borg u Marbeck Spiteri filwaqt li mill-Awstralja ghandna l-kantanti Claire u Lino Busuttil, u Charles Curmi.
Il-poplu Malti hu mistieden jattendi, halli flimkien naghtu merhba kbira lil hutna emigranti.
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901