Il-Ministru ghal Ghawdex Anton Tabone izur ix-xoghlijiet fuq il-progett tax-Shooting Range fiz-Zebbug Ghawdex
Ix-xoghlijiet fuq il-progett tax-Shooting Range fiz-Zebbug, Ghawdex, li bdew is-Sajf li ghadda, jinsabu fi stadju avvanzat u d-dilettanti ta' l-isparar fuq il-plattini fil-futur qrib se jkunu jistghu juzaw shooting range ta' livell olimpiku bil-facilitajiet kollha necessarji ghall-prattika ta' dan l-isport.
Fost ix-xoghlijiet li tlestew f'dan il-progett insibu l-livellar tal-car park u l-bini ta' Olympic Trench, li tikkonsisti fi platform tal-concrete minn fejn jisparaw sitt tiraturi. Bhalissa qed tinhadem tinda li mistennija titpogga fuq ix-shooting platform biex l-isparar ikun jista' jsir fi kwalunkwe temp.
Ix-xoghol fuq il-bini tal-pedamenti tal-club house, li tinkludi bar, store, ufficcju u facilitajiet ohra, jibda malli jitlesta r-retaining wall fuq wara l-club house, li qed jinbena bhalissa. Il-facilitajiet kollha f'dan il-progett huma accessibli ghal persuni b'dizabilita'.
Hemm il-hsieb li tinbena wkoll layout ohra ta' l-iskeet, dixxiplina ta' l-isparar differenti, b'materjal provdut mill-Gvern izda b'xoghol volontarju.
Sadanittant ittiehdu l-passi necessarji sabiex il-Ministeru jixtri l-apparat mehtieg ghall-isparar tal-plattini.
Dan hu progett iehor tal-Ministeru ghal Ghawdex biex jipprovdi facilitajiet sportivi ta' livell fil-gzira ta' Ghawdex.
Il-Ministru ghal Ghawdex Anton Tabone, zar il-post fejn qed isir il-progett, f'Ghajn Melel, limiti taz-Zebbug, Ghawdex u segwa xoghlijiet li qed isiru mill-haddiema tal-Gvern. Huwa kien akkumpanjat mill-Perit Edward Scerri u s-Sur Anthony Mallia, site manager.
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901