Left arrow Go Back

Il-Ministru tal-Gustizzja u Kultura jinawgura mill-gdid il-pixxina ta' Marsascala

PR1153
Date Icon 26/07/1996

Meta tkellem fl-okkazjoni tal-ftuh mill-gdid tal-Pixxina f'Marsascala, il-Ministru tal-Gustizzja u Kultura Michael Refalo stqarr li dak l-avveniment kien prova cara tas-sodezza tal-principji li fuqha hi msejsa l-politika tal-Gvern fil-qasam ta' l-isport.

Il-Ministru fahhar lill-kumitat tal-Marsascala Sports Club, lis-supporters u lil kull min ghen fl-impriza.

"Dan sar ghalkemm m'hemm l-ebda rabta li l-gvern jghaddi t-tmexxija tal-impjant lil dan il-club. Offrew li jghinu biex din il-Pixxina ma ssofrix aktar danni u vandalizmu, fdajnihom u anke tajnihom Lm10,000 biex jaghmlu tajjeb ghal parti mill-ispejjez. Huma, fix-xoghol u fl-ispejjez, hargu b'valur li jizboq dan l-ammont u flok wettqu biss in-necessarju rnexxielhom jibdlu rovina f'impjant sportiv li jista' jintuza".

Il-Ministru Refalo tenna li b'hekk l-isportivi taw prova tal-kapacita' u tad-dedikazzjoni taghhom kif ukoll ta' kemm hi ghaqlija, serja u moderna l-politika tal-gvern fil-qasam ta' l-isport. "Hi politika li tahseb ghall-htigijiet u t-tamiet ta' l-isportivi izda fuq kollox li tirrispetta lill-isportivi, li ma ggibhomx tallaba izda taghtihom dinjita'."

Il-politika tal-gvern, li tixhed fiducja fl-isportivi, issahhah qasam li, immexxi tajjeb, hu mezz ewlieni ghall-ghaqda socjali, ghall-paci, li jkattar is-sahha fizika u l-fibra morali.

Il-Ministru tenna li l-politika tal-gvern ma tieqafx fi kliem u f'intenzjonijiet izda qed titwettaq fil-prattika.

"F'Jannar habbart li matul l-1996 il-qasam ta' l-isport kien ser jaghmel kisbiet kbar. U hekk gara: twaqqfet lotterija li l-bicca l-kbira tal-profitti taghha ser jigu dedikati ghall-isport; tressqet rizoluzzjoni fil-Parlament biex l-impjanti u l-facilitajiet sportivi jigu mghoddija lill-ghaqdiet u assoccjazzjonijiet sportivi biex imexxuhom u jiksbu titolu legali validu; twaqqfet il-Fondazzjoni Maltija ghall-Isport li ser tkun il-mezz biex isir ippjanar ahjar u ta' ghajnuna ghall-isport".

Il-Ministru Refalo qal li kien jittama li r-rizoluzzjoni tigi diskussa fil-Parlament hekk kif jerga' jiltaqa' wara l-btala tas-sajf.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

More Press Releases Right arrow