Left arrow Go Back

Servizz ta' hargiet socjali u kulturali

PR1152
Date Icon 26/07/1996

Is-Sezzjoni ghall-Anzjani u Bzonnijiet Specjali fi hdan il-Ministeru ghal Ghawdex, beda servizz gdid f'Awissu tas-sena l-ohra.

Dan is-servizz jikkonsisti f'hargiet li jinkludu quddiesa, kull darba fi knisja f'rahal differenti, zjara lil xi post storiku jew ta' interess kulturali u zjara f'xi bajja popolari. Dawk kollha li ghandhom minn 60 sena 'l fuq jigu mistiedna u jinqasmu fi gruppi skond il-lokalitajiet. B'kollox hadu sehem 362 anzjan f'dawn il-hargiet.

S'issa l-hargiet saru kollha f'Ghawdex. Dan is-servizz issokta billi nhar l-Erbgha, 24 ta' Lulju 1996, giet organizzata l-ewwel harga ghal Malta mis-Sezzjoni ghall-Anzjani u Bzonnijiet Specjali.

Il-programm kien jinkludi laqgha ma' l-Eccellenza Tieghu Dr Ugo Mifsud Bonnici, President ta' Malta. F'din il-laqgha kien hemm prezenti wkoll il-Ministru ghal Ghawdex Anton Tabone u s-Segretarju Parlamentari ghall-Kura ta' l-Anzjani Dr. Antoine Mifsud Bonnici. Anna Zammit, anzjana ta' 93 sena pprezentat rigal ta' tifkira lill-President f'isem il-grupp ta' anzjani.

Il-programm kien jinkludi wkoll zjara lir-Redentur fl-Isla u passisggata fil-Gonna ta' San Anton. F'din il-harga hadu sehem 56 anzjan minn diversi lokalitajiet f'Ghawdex - il-Munxar, l-Gharb, San Lawrenz, l-Ghasri u z-Zebbug. Huwa mahsub li fil-futur harga ohra ghal Malta tigi organizzata lill-anzjani f'lokalitajiet ohra t'Ghawdex.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

More Press Releases Right arrow