Zghazagh Portugizi zaru lis-Segretaru Parlamentari Richard Muscat
Ghadd ta' zghazagh Portugizi ghamlu zjara ta' kortesija lill-Onor. Richard Muscat, Segretarju Parlamentari responsabbli ghaz-zghazagh, bhala parti minn programm ta' 11-il gurnata li qed josservaw f'pajjizna. Iz-zjara taz-zghazagh Portugizi sehhet bl-ghajnuna li s-Segretarjat ghaz-Zghazagh ta lill Grupp You Too taht il-"Youth Support Programme", wiehed mill-programmi li jhaddem is-Segretarjat.
Il-Grupp Portugiz hu mmexxi f'Malta minn Vitor Cardoso, President tal-Clube de Espeologia ta' Coimbra li mieghu l-Grupp You Too lahaq ftehim ghal bdil ta' zghazagh bejn Malta u l-Portugal. Bis-sahha ta' dan il-ftehim, ghadd ta' zghazagh Maltin se jmorru l-Portugal f'Awissu li gej biex iwettqu hemmhekk attivitajiet varji ta' natura kulturali.
Is-Segretarju Parlamentari ferah lill-Grupp You Too u lir-rapprezentanti tal-club ta' Coimbra ghall-impenn li hadu biex zghazagh Ewropej isiru jafu dejjem aktar lil xulxin. Is-Segretarju Parlamentari qal li accetta bil-ferh li jiltaqa' mal-kontingent Portugiz u stqarr li l-inizjattiva tal-Grupp You Too u taz-zghazagh ta' Coimbra kienet taqbel perfettament ma' l-ghanijiet tal-"Youth Support Programme" li jinkoraggixxu aktar bdil ta' zghazagh bejn diversi pajjizi Ewropej.
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901