Passing Out Parade ta' l-Ufficjali Korrettivi
Illum, il-Gimgha 19 ta' Lulju 1996, saret il-Passing Out Parade ta' erbgha u tletin Ufficjal Korrettiv gdid li ser jahdmu fil-Facilita Korrettiva ta' Kordin. Dan kien it-tielet kors li sar fil-bini tal-Akkademja tal-Gustizzja Kriminali f' Sant' Iermu, ghall-Uffijcali Korretttivi.
Il-kors beda fl-ewwel ta' Marzu u intemm fl-4 ta' Lulju. Matul dan il-perjodu l-Uffijcali Korrettivi inghatw kors li jkopri ghadd ta' suggetti, fosthom l-etika tmexxija u management, First Aid, Drill Session, Restorative Justice u Physical Education. Barra minnhekk, l-ufficcjali inghataw taghrif dwar Communication Skills oqsma bhas-sahha fil-Habs, is-servizzi ta' probation, drittijiet tal-prigunieri, rijabilitazzjoni mid-droga, u substance abuse.
Dan il-kors kien ikkordinat mill-Maggur Mario Zahra, Correctional Supervisor. Il-livell ta' dan il-kors kien l-oghla wiehed li sar u dan irrifletta fir-rizultati li kisbu l-ufficjali. Bhalissa fil-Facilita Korrettiva ta' Kordin hemm 145 Ufficjali Korrettvi.
F'diskors li ghamel, il-Ministru ta' l-Intern Dr. Tonio Borg qal li l-process ta' riforma fil-Habs jinsab ghaddej. L-Ufficjali Korrettivi qed jigu mharrga biex mhux jkunu sempliciment gwardjani izda jifformaw parti mill-process ta' rijabilitazzjoni tal-prigunieri. L-istruttura tal-haddiema kompliet tissahhah ricentement bl-ingaggar ta' social workers li ser ikomplu jsahhu l-process ta' riforma.
Dr. Tonio Borg semma wkoll il-beneficcji l-godda li qeghdin jgawdu minnhom l-Ufficjali Korrettivi fosthom li wara 25 sena servizz jistghu jirtiraw, u xorta wahda jkunu jistghu jaghmlu xi xoghol iehor. Barra minnhekk huwa qal li l-Uffijcali Korrettivi qeghdin jgawdu wkoll minn allowances specjali u hlas doppju fill-hdud. Filwaqt li fakkar li x-xoghol ta' dawn l-ufficjali m'huwiex wiehed facli, semmgha l-importanza li ghandha l-familja fis-sostenn morali tal-uffijcal. Huwa rringrazzja lill-membri tal-familji tal-ufficjali ta' l-appogg li dejjem urew. Dr. Borg semma wkoll li dawn l-ufficjali korrettivi ghandhom rwol importanti fit-thaddim tal-policies il-godda fil-habs.
Emanuel Cassar, Direttur tal-Habs, qal li bhalissa fil-Habs ghaddej il-process li minn post karcerarju jsir post rijabilitattiv. Huwa qal li dan il-process inbeda permezz tar-Regolamenti l-Godda fil-Habs li dahlu fis-sehh f'Ottubru, l-investiment minn naha tal-Gvern fil-bini tal-kumpless il-gdid u anke l-ingaggar ta' nies professjonali fil-qasam tal-psikologija, medicina u anke fis-Social Work biex jaghtu s-servizzi fil-Habs.
Waqt din ic-cerimonja saret ukoll prezentazzjoni liz-zewg rekluti li spiccaw fl-ewwel post. Dawn huma Raymond Grech u Isabelle Pace.
Other Press Releases:
PR261891en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...
PR261891