Left arrow Go Back

Titlesta l-ewwel fazi tal-progett tal-kompless residenzjali ghall-Anzjani f'Ghajnsielem

PR1115
Date Icon 18/07/1996

Il-Ministru ghal Ghawdex, Anton Tabone, zar il-Kumpless Residenzjali ghall-Anzjani f'Ghajnsielem fejn tlestiet l-ewwel fazi ta' dan l-progett li mistennija tibda' topera minn Settembru li gej.

Bhal issa qed isir xoghol ta' kostruzzjoni fuq it-tieni fazi tal-kumpless. Meta jitlesta, l-kumpless mistenni jinkorpora 40 unit li jakkomodaw 80 anzjan u persuni bi bzonnijiet specjali f' 'sheltered housing' - appartamenti fejn dawn il-persuni ikunu jistghu jghixu b'mod independenti.

F'Mejju ta' l-1993 kien sar ftehim bejn il-MAS, l-Knisja u l-Gvern sabiex isehh dan il-progett bi shab. Il-Gvern intrabat li johrog is-somma ta' Lm 150,000, filwaqt li l-kumplament ser johorgu mill-MAS.

Hemm il-hsieb li jsir ftehim bejn l-Ministeru ghal Ghawdex u l-MAS fuq l-amministrazzjoni tal-Kumpless minn Settembru li gej ghal perijodu ta' tlett snin, bil-kollaborazzjoni tad-Dipartiment ghall-Anzjani fi hdan l-istess Ministeru.

L-ewwel fazi tal-kumpless tinkorpora fiha taqsima amministrattiva, 'day centre', centru ghall-attivitajiet socjali, kulturali, rikreattivi u edukattivi ghall-anzjani, u servizz ta' resturant.

F'Ghawdex hemm 89 anzjan li jghixu fil-kumpless ta' l-Isptar Generali ta' Ghawdex. Hemm zewg residenzi privati fejn jghixu l-anzjani li huma immexxija mis-Sorijiet Karmelitani u mis-Sorijiet Dumnikani. Il-popolazzjoni anzjana f'Ghawdex tilhaq il-21 fil-mija tal-popolazzjoni tal-gzira. Il-Gvern huwa konxju ta' dan u ghalhekk lest li jaghti kull ghajnuna u sosten sabiex itejjeb s-servizzi ghall-anzjani.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

More Press Releases Right arrow