Waqt żjara fil-Gran Hotel Excelsior, il-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali George Pullicino segwa l-ħsad li qed isir mis-siġar taż-żebbuġ li hemm imħawwla fl-istess lukanda ...
Waqt żjara fil-Gran Hotel Excelsior, il-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali George Pullicino segwa l-ħsad li qed isir mis-siġar taż-żebbuġ li hemm imħawwla fl-istess lukanda.
Fil-Lukanda Excelsior, hemm imħawwla mas-60 siġra taż-żebbuġ. Iż-żebbuġ maqtugħ minn dawn is-siġar fl-2011 ġie trasformat f’300 flixkun ta’ żejt taż-żebbuġa li ntuża mill-istess lukanda. Mill-ħsad ta’ dan is-sena nġabbru 24 kannetru ta’ żebbuġ u hu maħsub li se jkun prodott aktar żejt mis-sena l-oħra.
Uħud mis-siġar taż-żebbuġ imħawwla fil-lukanda saru wkoll permezz tal-Kampanja 34U. il-Ministru Pullicino fakkar kif permezz ta’ din il-kampanja fl-aħħar 7 snin kemm ilha mwaqqfa ġew imħawla mal-115,000 siġra ndiġena.
Fi żmien il-ħsad taż-żebbuġ tas-sena 2011 kien hawn reġistrati f’pajjiżna mal-108 ettaru ta’ art b’siġar taż-żebbuġ kkultivati minn madwar 200 bidwi.
Skont id-dikjarazzjonijiet tal-ħsad reġistrati mad-Dipartiment tal-Agrikoltura, fl-2011 siġar taż-żebbuġ użati għal konsum kien hemm aktar minn 23,000 siġra li minnhom 70,146 kilo ta’ żebbuġġ intuża għall-għasir biex isir iż-żejt taż-żebbuġ filwaqt li 17,866 kilo intuża biex isir żebbuġ tajjeb għal-konsum. Dan kollu jfisser li s-sena l-oħra l-art ta’ pajjiżna bil-ħidma tal-bdiewa tagħna pproduċiet mas-26 tunnellata ta’ żejt taż-żebbuġa.


