L-ISPEAKER ANĠLU FARRUGIA JILQA' F'PAJJIŻNA LILL-E.T. VALENTINA MATVIENKO
Il-President tal-Kamra tad-Deputati, l-Onorevoli Anġlu Farrugia, laqa' fil-wasla tagħha ġewwa pajjiżna, lill-Eċċellenza Tagħha Valentina Matvienko, Chairman tal-Federazzjoni tal-Assemblea Federali, tar-Russja.
Tard il-bieraħ filgħaxija, mal-wasla fl-Ajruport Internazzjonali ta' Malta, l-Eċċelenza Tagħha Valentina Matvienko ġiet milqugħa mill-President tal-Kamra tad-Deputati, l-Onorevoli Anġlu Farrugia. Preżenti wkoll l-Ambaxxatur Russu akkredidat għal pajjiżna l-Eċċellenza Tiegħu Boris Yu Marchuk.


