Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SERVIZZI FINANZJARJI, EKONOMIJA DIĠITALI U INNOVAZZJONI

Date Icon 10/07/2019
;

- 'Malta irnexxielha tikkonsolida u tkompli tkabbar l-industrija tas-servizzi finanzjarji b'mod sinifikanti u notevoli' – is- Segretarju Parlamentari Silvio Schembri 

- ​ Żieda ta’ 1,000 impjieg ġdid li nħolqu sa tmiem is-sena li għaddiet

Is-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni Silvio Schembri esprima sodisfazzjon għar-riżultat ppublikati fir-rapport annwali tal-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji u r-Rendikonti Finanzjarji għas-sena finanzjarja sal-31 ta’ Diċembru 2018.


“Minkejja li s-sena li għaddiet kienet sena li kienet ta’ sfida għas-settur tas-servizzi finanzjarji fuq livell internazzjonali, Malta rnexxiela tikkonsolida u tkompli tkabbar din l-industrija b’mod sinifikanti u notevoli.  Fil-fatt, kif jixhdu r-riżultati, is-settur tas-servizzi finanzjarji ħaddem mat-12,000 persuna li jfisser li nħolqu 1,000 impjieg ġdid is-sena li għaddiet,” qal is-Segretarju Parlamentari Schembri.

Huwa spjega kif dan ir-riżultat ta’ suċċess kien possibbli grazzi għal proċess ta’ ristrutturar li beda sentejn ilu fi ħdan l-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji li qed tinbidel f’regolatur aġli u dinamiku sabiex jirrifletti u jadatta għar-realtà tal-lum. 

Il-bidliet notevoli jinkludu:

- Is-separar mir-reġistru għall-kumpaniji, illum magħrufa bħala Malta Business Registry mill-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji;
- Ammont konsiderevoli ta’ investiment fl-infrastruttura teknoloġika; 
- Ħolqien ta’ dipartimenti ġodda speċjalizzati u 
- Żieda fir-riżorsa umana u investiment fil-kapital uman

“Bħala parti mill-pjan ta’ ristrutturar li għaddej kontinwament kif ukoll bħala parti mir-riforma fi ħdan is-settur tas-servizzi finanzjarji, fil-ġimgħat li ġejjin se jitħabbar il-forum konsultattiv li se jservi bħala punt għal diskussjoni bejn il-gvern, ir-regolatur u l-industrija sabiex flimkien tinbena strateġija għal 10 snin għas-settur tas-servizzi finanzjarji. L-għan aħħari tagħna hu li nagħmlu minn Malta ċentru ta’eċċellenza għas-settur tas-servizzi finanzjarji,” qal is-Segretarju Parlamentari Schembri. 
Share this Press Photo Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials