STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-BIEDJA, SAJD U DRITTIJIET TAL-ANNIMALI
B’referenza għal dak li qed jintqal mill-NGO internazzjonali PETA b’video li juri debba msawta fil-Mosta, is-Segretarjat Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali jixtieq jiċċara li l-każ imsemmi diġà huwa suġġett ta’ investigazzjoni mill-Pulizija, u li l-awtoritajiet kompetenti ħadu azzjoni immedjata meta rċevew ir-rapport.