Permezz ta’ ‘Heat Transfer Project’ l-enerġija ġġenerata mill-iskart, qed tintuża biex issaħħan il-pixxina tal-fondazzjoni Inspire. L-impjant ta’ Sant’Antnin u ċ-ċentru tal-Inspire ġew konnessi permezz ta’ katusi b’tul ta’ żewġ kilometri...
Permezz ta’ ‘Heat Transfer Project’ l-enerġija ġġenerata mill-iskart, qed tintuża biex issaħħan il-pixxina tal-fondazzjoni Inspire. L-impjant ta’ Sant’Antnin u ċ-ċentru tal-Inspire ġew konnessi permezz ta’ katusi b’tul ta’ żewġ kilometri, filwaqt li ġie nstallat ukoll tagħmir ieħor bħal Building Management System għall-monitoraġġ tas-sistema. B’kollox dan il-proġett ġie jiswa € 345,000 li kienu finanzjati minn fondi lokali.
