Left arrow Go Back

Il-Ħamsa u Sebgħin Anniversarju mir-Rintroduzzjoni ta’ Gvern Responsabbli f’Malta tfakkar f’ċerimonja fil-Palazz tal-President

Date Icon 12/06/2014
;
Il-Ħamsa u Sebgħin Anniversarju mir-Rintroduzzjoni ta’ Gvern responsabbli f’Malta tfakkar f’ċerimonja fil-Palazz tal-President bl-għoti ta’ Midalja lil disa’ persuni li kienu membri parlamentari fis-7 ta’ Ġunju tal-1996. Din il-ġrajja ewlenija fl-istorja tal-iżvilupp tad-demokrazija f’Malta sehhet fl-1921 bl-inawgurazzjoni tal-ewwel Parlament wara d-dħul mill-ġdid ta’ Gvern Responsabbli waqt laqgħa tas-Senat u tal-Assemblea Leġislattiva eletti fl-elezzjoni li saret taħt il-kostituzzjoni “Amery Milner” li ngħatat b’riżultat ta’ dak li seħħ fis-7 ta’ Ġunju 1919. Dawk li ngħataw il-Midalja mill-President ta’ Malta kienu Dr. Alfred Sant, Dr. Lawrence Gonzi, Dr. Louis Galea, Dr. Tonio Borg, is-Sur John Dalli (ilkoll in absentia), Dr Michael Frendo, il-Perit Ninu Zammit, Dr. Louis Deguana u s-Sur Noel Farrugia.
Share this Press Photo Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials