Left arrow Go Back

L-Ombudsman Parlamentari, l-Prim Imħallef Emeritus Joseph Said Pullicino għamel żjara ta’ korteżija lill-President Marie-Louise Coleiro Preca

Date Icon 17/04/2014
;

 

Dalgħodu fil-Palazz il-Belt, l-Ombudsman Parlamentari, l-Prim Imħallef Emeritus Joseph Said Pullicino għamel żjara ta’ korteżija lill-President Marie-Louise Coleiro Preca. Waqt il-laqgħa ġiet diskussa r-relazzjoni bejn l-Uffiċċju tal-President u dak tal-Ombudsman. Il-President spjegat kif fl-eventwalita’ ta’ riformi Kostituzzjonali hemm bżonn li ssir konsultazzjoni wiesa’ mal-pubbliku.
 
Minn naħa tiegħu l-Ombudsman insista li l-jedd għall-amministrazzjoni pubblika tajba għandu jkun rikonoxxut fil-Kostituzzjoni. Hu enfasizza li kull tibdil Kostituzzjonali għandu jkun immirat biex ikun għas-servizz taċ-ċittadin u jkollu l-individwu fiċ-ċentru.
Share this Press Photo Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials