Left arrow Go Back

L-Ambaxxatur tar-Renju tal-Marokk, Youssef Balla, ippreżenta l-ittri ta’ kredenzjali tiegħu lill-President George Vella fil-Palazz ta’ Sant’Anton, Ħ’Attard.

Date Icon 27/10/2022
;

Filwaqt li laqa' lill-ambaxxatur, il-President Vella rrefera għar-relazzjonijiet li ilhom għal żmien twil bejn iż-żewġ pajjiżi, u li tul is-snin issaħħew permezz tal-parteċipazzjoni f'forums Mediterranji, bħall-Forum tal-Mediterran tal-Punent u l-Unjoni għall-Mediterran. Il-President Vella rrefera wkoll għall-appoġġ ta' Malta għal relazzjonijiet aktar mill-qrib bejn l-Unjoni Ewropea u l-Marokk. Dwar il-qasam bilaterali, il-President Vella osserva li għad hemm lok għal titjib fl-iskambji kummerċjali.

 

Dwar ir-relazzjonijiet kummerċjali, l-Ambaxxatur Balla qal li l-Marokk jinsab f'pożizzjoni tajba ħafna biex ikun il-bieb kummerċjali ta' Malta għall-Afrika. Huwa għarraf ukoll lill-president li l-Marokk iqis b'mod pożittiv ħafna r-rwol ewlieni li ħadet Malta tul is-snin dwar kwistjonijiet fil-Mediterran, b'mod speċjali fi ħdan l-Unjoni Ewropea. L-ambaxxatur qal li l-Marokk jifhem bis-sħiħ it-tħassib ta' Malta dwar in-nuqqas ta' sigurtà fir-reġjun kif ukoll dwar sfidi urġenti oħra bħat-tibdil fil-klima u r-riżorsi tal-enerġija.

 

Tqajmet ukoll is-sitwazzjoni dwar il-migrazzjoni, fejn il-President Vella enfasizza l-importanza li Malta tagħti lill-kooperazzjoni mal-awtoritajiet Marokkini dwar dan is-suġġett.

 

___


The Ambassador of the Kingdom of Morocco, Youssef Balla, presented his letters of credence to President George Vella at Sant'Anton Palace, Attard.

 

In welcoming the ambassador, President Vella referred to the longstanding relations between the two countries, which along the years have been consolidated through the participation in Mediterranean fora, such as the Western Mediterranean Forum and the Union for the Mediterranean. President Vella also referred to Malta's support to closer relations between the European Union and Morocco. On the bilateral front, President Vella observed that there remains room for improved trade exchanges.

 

On trade relations, Ambassador Balla stated that Morocco is very well-positioned to be Malta's trade gateway to Africa. He also elaborated with the president that Morocco looks very positively at the leading role that Malta has taken along the years on Mediterranean issues, especially within the European Union. The Ambassador stated that Morocco fully understands Malta's concerns regarding insecurity in the region as well as other pressing challenges such as climate change and energy resources.

 

The situation concerning migration was also raised, with President Vella underlining the importance that Malta attaches to cooperation with Moroccan authorities on this subject.​

​

Share this Press Photo Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials