Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca flimkien mas-Sur Edgar Preca żżur il-provi ta’ Rockestra 2015 li se tittellgħa nhar is-Sibt li ġej, 12 ta’ Settembru, fl-MFCC Ta’ Qali.
10/09/2015
;
Il-President ta’ Malta setgħet issegwi l-provi ta’ wħud
mill-kantanti li se jieħdu sehem fosthom il-kantant Malti b’suċċessi
internazzjonali Marc Storace li se jkun il-mistieden speċjali ta’ Rockestra ta’
din is-sena. Il-President rringrazzjat lil dawk kollha li qed jieħdu sehem
f’kunċert mill-aqwa annwali, fejn permezz tal-mużika, dawk li jattendu jieħdu
gost flimkien, u fl-istess ħin jagħmlu turija ta’ solidarjetà mal-mijiet kbar
li qed jirrikorru għall-għajnuna tal-Malta Community Chest Fund. Rockestra 2015
qed tittellgħa bis-sehem tal-Orkestra Filarmonika Nazzjonali taħt id-direzzjoni
mużikali tas-Surmast Sigmund Mifsud u produzzjoni ta’ Pawlu Borg Bonaci.
Share this Press Photo
This site uses cookies to ensure you get the best experience. If you do not change your settings, we will assume that you accept the use of cookies.
More information