Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca tissokkta biż-żjarat fl-iskejjel biex tkompli tisma’ s-suġġerimenti tat-tfal fuq diversi suġġetti
Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca tissokkta biż-żjarat fl-iskejjel biex tkompli tisma’ s-suġġerimenti tat-tfal fuq diversi suġġetti. F’dawn iż-żjarat il-President tiltaqa’ ma’ gruppi żgħar ta’ studenti biex tisma’ l-ideat u xi jħassibhom. Dawn iż-żjarat wasslu biex ġiet organizzata konferenza dwar il-bullying mill-Fondazzjoni tal-President għall-Ġid tas-Soċjetà, nhar il-Ġimgħa 23 ta’ Ottubru, fil-Palazz Verdala. Dan għaliex kif spjegat il-President stess f’din l-aħħar sena, fiż-żjarat li għamlet f’tant skejjel, is-suġġett tal-bullying kien espress minn bosta tfal.