Il-President ta’ Malta, Marie-Louise Coleiro Preca tattendi għal ċerimonja simbolika f’San Ġiljan
Il-President ta’ Malta, Marie-Louise Coleiro Preca attendiet għal ċerimonja simbolika f’San Ġiljan fejn, flimkien mal-Ambaxxatriċi Franċiża f’Malta, Béatrice le Fraper du Hellen u l-komunità Franċiża f’Malta, osservat minuta silenzju b’rispett lejn il-vittmi, il-familjari u l-poplu Franċiż milqut mill-attakki terroristiċi tal-bieraħ f’Pariġi. Waqt din iċ-ċerimonja il-Franċiżi preżenti kantaw l-Innu Nazzjonali ta’ Franza