Dalgħodu l-President ta’ Malta, Marie-Louise Coleiro Preca inawgurat l-uffiċċini tal-Malta Microfinance, fi ħdan is-St. Andrew’s International Centre, fil-Belt Valletta.
27/07/2014
;
Fl-indirizz tagħha, l-President Coleiro Preca fissret din l-inizjattiva tal-Malta Microfinance bħala ħidma mimlija imħabba. Sostniet li permezz tal-Fondazzjoni tal-President għall-Ġid tas-Soċjetà, din il-Presidenza qed tħares ’l quddiem li taħdem flimkien biex jitkattar iktar ġid minn dawn it-tip ta’ inizjattivi. Il-President faħħret is-sehem ta’ numru ta’ organizazzjonijiet internazzjonali li flimkien qed jaħdmu biex jgħinu partikolarment immigranti u familji foqra jindirizzaw id-diffikultajiet tagħhom u jgħinnuhom jintegraw fis-soċjetà. Dwar l-integrazzjoni tal-immigranti, il-President ta’ Malta ħeġġet lill-immigranti li ilhom perijodu mhux ħażin jgħixu f’pajjiżna biex jitgħallmu l-lingwa Maltija u jifhmu aħjar l-kultura ta’ pajjiżna.
Share this Press Photo
This site uses cookies to ensure you get the best experience. If you do not change your settings, we will assume that you accept the use of cookies.
More information